It-taqbiliet ta’ Ġorġ Agius

Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Mejju 2017, fis-6.00pm Ġorġ Agius “tal-Mużew”, magħruf ukoll bħala “l-għannej tal-Mulej”, se jippreżenta t-taqbiliet tiegħu f’Sala Pietru Pawl Saydon (ALT, Arts Lecture Theatre) tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq. Kit Azzopardi, li għandu Masters fl-Arti fil-letteratura Maltija, se jagħmel apprezzament kritiku tat-taqbila reliġjuża bħala parti mit-tradizzjoni orali.

Din hija l-għaxar attività mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Id-dħul huwa b’xejn.

gorg agius - maltin.JPG

Ġorġ Agius twieled nhar it-28 ta’ Lulju 1926, iben Marija u Pawlu Agius, it-tieni minn disat aħwa li baqgħu ħajjin. Għamel l-Ewwel Tqarbina fil-Knisja tal-Kapuċċini fil-Kalkara. Qatt ma mar skola għax meta kellu għaxar snin, missieru, Pawlu, daħal jaħdem it-tarzna u Ġorġ, bħala l-ikbar mill-aħwa subien, spiċċa jbigħ il-ħaxix. Aktar tard mar jaħdem ix-xatt fejn dam erbgħa u erbgħin sena. Magħruf fost l-oħrajn bħala “tal-Mużew,” Ġorġ ilu 65 sena sħaħ iżur il-morda u l-anzjani fl-isptar Mater Dei bit-tama li jfarraġhom bit-taqbil “spirtu pront” tiegħu. Kiseb rikonoxximent għall-ħidma tiegħu fil-volontarjat kif ukoll il-Premju għall-Qadi tar-Repubblika.

11953214_10207637164624136_8909682963871826099_n
Kit Azzopardi (ritratt meħud minn Viriginia Monteforte għal Inizjamed)

Kit Azzopardi, li se jagħmel intervent kritiku dwar it-taqbila reliġjuża ta’ Ġorġ Agius, huwa għalliem, kittieb żagħżugħ, u attivist kulturali. Fl-MA tiegħu fil-letteratura Maltija, analizza l-poeżiji ta’ Norbert Bugeja, u bħalissa qed jagħmel id-Diploma fil-Letteratura Maltija. Din hija t-tieni taħdita pubblika tiegħu organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università wara l-Konferenza Karmen Mikallef Buħaġar.

Cover Ġorġ AGIUS

Il-Ħajja u l-Istorja ta’ Ġorġ Agius magħruf bħala tal-Mużew huwa l-ewwel volum minn sensiela ta’ kotba bl-isem ta’ “Maltin” dwar personalitajiet Maltin u Għawdxin. F’dan il-ktieb 15-il persuna prominenti jitkellmu fil-qosor dwar ħidmietu. Il-qofol ta’ dan ix-xogħol hu l-ġabra ta’ aktar minn 300 taqbila għadd ta’ ritratti bil-kulur. “Maltin” huwa proġett ta’ Tonio Bonello, id-direttur maniġerjali ta’ 24sevenMedia.

Ħajr lil Doris Zammit tar-riżorsi għal din l-attività u lill-Klabb Kotba Maltin tal-għajnuna li qed jagħtu lil dan il-proġett.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s