Guido Lanfranco dwar it-tradizzjonijiet orali f’Malta

Nhar it-Tlieta 4 ta’ Lulju 2017, Yanika Schembri Fava, bl-għajnuna ta’ Adrian Grima, intervistat lil Guido Lanfranco dwar it-tradizzjonijiet orali Maltin fid-dar tiegħu f’Tas-Sliema. Il-filmat tal-intervista nġibed minn Kevin Kiomall u jinsab fuq Youtube bħala parti mill-proġett tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università dwar It-Tradizzjoni Orali.

Yanika Schembri Fava, assistenta riċerkatriċi fil-proġett dwar It-Tradizzjoni Orali ffinanzjat minn fond għar-riċerka fi ħdan l-Università ta’ Malta, staqsiet lis-Sur Lanfranco:

  • kif u minn fejn beda l-interess fil-folklor
  • x’jifhem bi tradizzjoni orali u x’inhuma l-oqsma li jinkludi fiha
  • jekk jaħsibx li dan il-wirt qiegħed jintilef u għaliex
  • x’nistgħu nagħmlu biex inżommu dan il-wirt ħaj
  • kif jirnexxilu jsib taqbiliet ġodda/varjanti, drawwiet eċċ: jekk hux billi josserva biss jew imur jistaqsi direttament lill-bdiewa, tfal eċċ.
  • x’mezzi juża biex jippreserva dak li jara jew jisma’: kitba, tpenġija, rekording eċċ. (forsi jurina xi xogħol)
  • xi sfidi jiltaqa’ magħhom meta jiġi biex jistaqsi lin-nies, speċjalment lil persuni li ma jafx.
  • x’inhuma l-oqsma li jaħseb li għandna naħdmu fuqhom l-iktar u kif
  • x’inhi il-metodoloġija li normalment juża meta jintervista lin-nies hu
  • lil min jissuġġerixxi li nintervistaw biex inkomplu nistħarrġu t-tradizzjonijiet orali f’Malta
  • ​min kienu r-riċerkaturi Maltin u barranin li influwenzawh l-aktar
  • ​kif jista’ jgħinu d-Dipartiment tal-Malti fix-xogħol tiegħu u fit-tixrid u l-promozzjoni tax-xogħol u r-riċerka li għamel hu​

 

Adrian Grima staqsa lil Guido Lanfranco dwar il-versi popolari tan-nisa, li r-riċerkatur sejħilhom “għana tad-dar” jew “tal-banju”.

Yanika Schembri Fava staqsiet lis-Sur Lanfranco wkoll dwar is-sehem tiegħu bħala riċerkatur tat-tradizzjonijiet orali fil-mezzi tax-xandir, il-gazzetti, ir-radju u t-televiżjoni, u dwar ir-riċerka li qed jagħmel bħalissa.

Guido Lanfranco qalilna li għandu tliet kotba lesti għall-pubblikazzjoni u li għadda l-materjal awdjoviżiv tiegħu lill-Mużew tal-Etnografija tal-Birgu.

Ritratti meħudin minn Adrian Grima

 


 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s