It-Taqbil tat-Tfal

24257311_1659614847438226_1745679709_n

taqbiliet-3

Ara r-rapport fuq l-Aħbarijiet ta’ TVM

Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Novembru 2017 se ssir taħdita minn Rebecca Vella dwar “It-Taqbil tat-Tfal.” Din it-taħdita se ssir fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti u tibda fis-6.00pm. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn.

It-taqbil tat-tfal hu fergħa tat-tradizzjoni orali li tikkonsisti minn għadd ta’ versi li tipikament jingħadu jew jitkantaw mit-tfal jew lit-tfal għall-gost inkella waqt xi logħba. F’din it-taħdita se nkun qed nippreżenta l-istudju li għamilt fuq il-varjazzjoni fit-taqbil tat-tfal. L-analiżi ta’ dan l-istudju tistrieħ fuq ġabra ta’ taqbil li għamilt minn diversi kotba kif ukoll min għadd ta’ intervisti li għamilt ma’ 30 ruħ minn tliet lokalitajiet differenti.

Rebecca Vella hija studenta universitarja ta’ 21 sena minn Fleur-de-Lys. Fl-2014 ħadet id-deċiżjoni li tagħmel Baċellerat fl-Arti fil-Malti u s-Soċjoloġija. Iżda l-imħabba tagħha għal-lingwa Maltija minn dejjem kienet hemm, u kien għalhekk li fit-tieni sena ddeċidiet li tkompli b’Malti unuri. L-interess li kellha fit-tradizzjoni orali bdiet taħdem fuqu matul it-tielet sena permezz tat-teżi tagħha bit-titlu “Il-Varjazzjoni fit-Taqbil tat-Tfal.” F’Novembru tal-2017 se tiggradwa b’Baċellerat fl-Arti fil-Malti (Unuri). Biex tkompli tavvanza fl-istudji tagħha, bħalissa qed tagħmel il-kors tal-Masters in Teaching and Learning biex tilħaq il-mira tagħha li ssir għalliema tal-Malti.

24204909_1695549333798664_89040127_n24251957_1659621530770891_907498696_n

25994799_10155463386842261_6445756422766623894_n (2)26165386_10155463387042261_9197399670479448531_n (2)


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s