Il-Proġett ‘MEMORJA’: It-tradizzjoni orali fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta

L-Erbgħa 18 ta’ April 2018, fis-6.00pm, fis-Sala tal-Perjodiċi tal-Librerija ċentrali tal–Università ta’ Malta, Tal-Qroqq,  is-Sur James Baldacchino mill-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta se jagħmel preżentazzjoni fuq il-proġett MEMORJA u x-xogħol li sar s’issa, b’enfasi fuq l-aspett orali u uman, speċjalment l-intervisti li saru.

Din it-taħdita hija parti mill-proġett tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università dwar It-Tradizzjoni Orali.

Kulħadd għandu storja x’jirrakkonta u dan ix-xogħol qed isir sabiex dawn l-esperjenzi ma jintesewx u ma jintilfux. Is-Sur Baldaccino se jitkellem fuq il-ħames temi li l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta qed jaħdmu fuqhom u kif dawn intagħzlu, l-aktar fuq is-suggetti li qed jiġu riċerkati bil-Malti, jiġifieri it-Tieni Gwerra Dinjija, u l-Amministrazzjoni Pubblika. Jista’ jkun li jsir riferiment ukoll għad-Daqq tal-Qniepen.

The presentation will be about the project MEMORJA with the emphasis being on the oral/human aspect: the interviews that have been gathered up till the present. Every individual has a story to tell and this work is being conducted so that these experiences are not forgotten and lost. I will be speaking about the five themes which the National Archives of Malta is working on and how these came to be chosen, but mostly on the subjects upon which research is conducted primarily in Maltese, meaning Experiencing War: Survival, shelter and food, Public Administration and (maybe) Bell ringing (we will start tackling this theme in due time).


 

SONY DSC

James Baldacchino mis-Siġġiewi studja r-Relazzjonijiet Internazzjonali u l-Istorja fl-Università ta’ Malta u ggradwa fl-Istorja bl-Unuri f’Diċembru tal-2014. Għamel żmien jaħdem ma’ kumpanija lokali fi ħwienet tal-kotba u wara ma’ entità kulturali mhux governattiva. F’Jannar tal-2017 beda jaħdem fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta bħala amministratur tal-proġett ‘Memorja: Oral, Sound and Visual Archive.’ www.nationalarchives.gov.mt

James Baldacchino from Siggiewi read International Relations and History at the University of Malta and graduated with a B.A. (Hons) in History in  2014. He spent some time working for a local company in bookshops and in June 2015 he started to work with a local cultural NGO. In January 2017 the National Archives of Malta employed him as  administrator of the project ‘Memorja: Oral, Sound and Visual Archive.’


 

0001

Gunner Vincent ‘Ċensinu’ Caruana (fin-nofs) ma’ Gunner Joseph Psaila (fuq ix-xellug tas-Sur Caruana) u s-Surġent Anġlu Azzopardi (l-ewwel wieħed fuq il-lemin, idejh fuq spallejn it-tifla), ma’ żewġ irġiel oħra u tifel. Dan ir-ritratt ittieħed lejn l-aħħar tal-1942 f’Ħal Far.

Gunner Vincent ‘Ċensinu’ Caruana (standing at centre, with arms folded) with Gunner Joseph Psaila (to Mr Caruana’s left) and Sergeant Anġlu Azzopardi (first from right, holding girl), with two unidentified men and a boy. Picture taken sometime in late-1942 at Ħal Far.

0002

Jean Borg née Despott, ma’ ħuha Maurice Despott u s-seftura ‘Għarbija’ tagħhom, Fatimah, fil-Libja f’nofs is-snin erbgħin.

Jean Borg nee Despott, with her brother Maurice Despott and their ‘Arab’ servant, Fatimah, in Libya sometime in the mid-1940s. 

0003

Michel Attard (fuq ix-xellug) ma’ missieru Emanuel Attard u ħuh Charles Attard. Dan ir-ritratt ittiehed f’Bab el Oued fl-Algerija fl-1935.

Michel Attard (left) with his father Emanuel Attard and younger half-brother Charles Attard. This photograph was taken at Bab El Oued in Algeria in 1935.

0004

IL-Logotenent Henry Louis Gatt jippoża xi mkien fil-Palestina. Gatt kien stazzjonat fil-Palestina bejn l-1946 u l-1948 fejn esperjenza l-bumbardament tal-Lukanda King David.

Lieutenant Henry Louis Gatt posing for a photograph somewhere in Palestine. Gatt was stationed in Palestine between 1946 and 1948 where he saw firsthand the King David Hotel bombing.

0005

Frank Mifsud fil-Labour Office fl-1969. L-aħħar żewġ karigi li okkupa fl-amministrazzjoni pubblika kienu dawk tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tas-Saħħa u Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta.

Frank Mifsud at the Labour Office in 1969. His last two positions in the Civil Service were those of Permanent Secretary of the Ministry of Health and CEO of Heritage Malta, the national cultural heritage agency.

 

0006

Saviour Falzon, baħri Malti-Ingliż fil-flotta navali Brittanika waqt żjara l-Akropolis fl-1971.

Saviour Falzon, an Anglo-Maltese Royal Navy sailor at the Acropolis 1971.

 


 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s