L-Idjoma Brikkuna fil-Lirika ta’ Mario Vella

28378085_984294768386595_8577325243092695170_n
Sephora Francalanza u Mario Vella

It-Tlieta 6 ta’ Novembru fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Sephora Francalanza se tagħmel taħdita pubblika mis-sensiela dwar It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti dwar “L-Idjoma Brikkuna fil-Lirika ta’ Mario Vella”.

Din l-attività hja miftuħa għal kulħadd u mingħajr ħlas.

42645885_468498143643619_8686349808861970432_n

Il-lirika tal-Brikkuni hija minsuġa bl-espressjonijiet tal-poplu. Minkejja d-dehra sempliċi, it-testi jilagħbu b’mod sikwit awdaċi bl-idjomi u l-metafori popolari u waqt li jibnu fuq ħsibijiet u esperjenzi komuni, jaqilbuhom ta’ taħt fuq. Għalhekk il-lirika tal-Brikkuni hija sikwit ħarsa mqarba lejn il-poplu Malti, bid-dgħufijiet, il-fissazzjonijiet, il-gosti, u l-viżjoni partikulari tiegħu tad-dinja. Fil-lirika li jikteb, Mario Vella jsensel numru ta’ idjomi Maltin stabbiliti, u oħrajn li mhumiex: kliem li jinsab fuq fomm Ċikku l-poplu, imma mhux dejjem issibu fil-kotba tal-qwiel u idjomi Maltin.

IMG_4253
Il-Brikkuni waqt kunċert

F’din it-taħdita Sephora Francalanza se tanalizza l-idjomi jew ħjiel ta’ idjomi Maltin li jidhru fit-tliet albums tal-Brikkuni, b’xi eżempji mit-teżi tagħha tal-Baċellerat fil-Malti (Unuri), “Bejn Kanzunetta u Poeżija: Il-Lirika tal-Brikkuni,” li firdet il-kliem mill-mużika f’tentattiv biex titfa’ dawl fuq il-letterarjetà tal-lirika.

2
Sephora Francalanza

Sephora Francalanza għadha kemm temmet l-istudji tagħha fil-grad ta’ Baċellerat fil-Malti bl-Unuri. Fl-2017 inħatret bħala l-President tal-Għaqda tal-Malti – Università, għaqda studenteska li torganizza bosta attivitajiet relatati mal-Malti li jippruvaw iqarrbu l-lingwa u l-letteratura Maltija lejn in-nies. Bħala President tal-Għaqda, hija serviet ta’ Editriċi Ġenerali fil-Bord Editorjali ta’ Leħen il-Malti għadd 37, li se jitnieda fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Sephora qiegħda tkompli l-istudji tagħha fil-livell ta’ Masters u taħdem fil-qasam tal-ġurnaliżmu.

 

 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s