Il-Faħam Miblul tal-Espressjonijiet

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Jannar 2019, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Martin Morana se jagħmel taħdita fuq “Il-Faħam Miblul tal-Espressjonijiet” bħala parti mill-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn.

It-taħdita se tiffoka fuq in-nisel ta’ ċerti termini u espressjonijiet li l-kelliem kiteb dwarhom fit-tliet kotba li ppubblika u dwar kliem ġdid ieħor (verament kliem antik) li skopra dan l-aħħar minn diversi sorsi. Il-kelliem se juri kif ċertu kliem infilsa ruħu fit-tessut tal-lingwa u sar parti mil-lingwaġġ, u kif kultant bidel it-tifsira tiegħu matul is-sekli.

Martin bl-ingravata 8912_nMartin Morana studja l-Liċeo u ggradwa b’Baċellert fl-Arti fl-Istorja mill-Università ta Malta. Ħadem għal bosta snin fid-Dipartiment tal-Mużewijiet statali. Imbagħad, għal 28 sena sħaħ kien impjegat fdiversi karigi mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.

It-tliet kotba li kiteb dwar l-oriġini u t-tifsir ta kliem, proverbji, espressjonijiet u idjomi popolari Maltin huma Bejn Kliem u StorjaAra XInt Tgħid u Biex il-Kliem Ikun SewKtieb ieħor tal-istess awtur, imma din id-darba bl-Ingliż, huwa Maltese Humour But Seriously. Dan jittratta l-umoriżmu Malti, ta’ dari u tal-lum. Martin Morana ppubblika wkoll żewġ monografi, wieħed dwar l-Ipoġew ta Ħal Saflieni u l-ieħor dwar Għar Dalam. Illum jaħdem bħala gwida liċenzjat tat-turisti fdiversi lingwi.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s