L-Għasafar trid Għasafar: Il-Lingwaġġ tan-Nassaba

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, se jsir seminar dwar “L-Għasafar trid Għasafar: Il-Lingwaġġ tan-Nassaba” bis-sehem Raymond Cordina, Michael Grima, Louis Camilleri, u l-Prof. Mark-Anthony Falzon.

Michael u Louis - Ritratt Jimmy
Michael Grima u Louis Camilleri

F’dan is-seminar, in-nassaba se jiddiskutu l-lingwaġġ li jużaw meta jitkellmu dwar il-mansab, dwar il-passa, dwar l-ismijiet u l-għajat jew ħsejjes tal-għasafar, u dwar it-teknika tal-insib. Fit-teżi tagħha tal-2015 dwar “Ir-Reġistru tal-Kaċċa u l-Insib”, Marija Cutajar tgħid li n-nassaba u l-kaċċaturi “jużaw kliem jew aħjar reġistru differenti mit-taħdit ta’ kuljum”. Min-naħa l-oħra, nafu wkoll li fl-insib, hemm kliem li nużaw fil-ħajja ta’ kuljum li jingħata funzjoni u tifsira differenti.

52736439_296279627706252_5487443568207331328_n.png
Michael Grima

Din l-attività hija parti mill-proġett dwar It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Il-proġett jinsab fit-tielet sena tiegħu u qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università u l-Klabb Kotba Maltin. Ħajr lil Jimmy Grima u l-progett S.O.A.B. għall-għajnuna fit-tħejjija ta’ dan is-seminar.

Dawn l-attivitajiet huma miftuħin għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn.


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s