Xogħol Mibdi jew Li Għad Irid Isir

It-Tlieta 14 ta’ Mejju 2019, 6.00pm, Yanika Schembri Fava, “Xogħol Mibdi jew Li Għad Irid Isir,” fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq.

Din hija intervista ma’ Yanika Schembri Fava ta’ Theresa Gauci fil-programm Rokna Kulturali fuq Radju Malta li xxandar it-Tnejn 13 ta’ Mejju 2019. 

Fil-ktieb Il-Folklore Malti (1975), fl-aħħar kapitlu “Xogħol Mibdi jew li Għad Irid Isir,” Ġużè Cassar Pullicino jagħti rendikont ta’ xi oqsma sajmin mit-tradizzjoni orali li rridu nirriċerkaw. Cassar Pullicino jħeġġeġ lir-riċerkaturi biex jgħaddu iżjed ’il quddiem “fis-suġġett fuq il-linji ġodda,” jonkella jorbtu u jgħaqqdu flimkien “it-trufijiet imxerrda ta’ xogħlijiet mibdija bla mitmuma.”

il-folklore-malti

Din it-taħdita se turi kif permezz ta’ dan il-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali mxejna fuq il-passi ta’ Cassar Pullicino. Yanika Schembri Fava, barra li se tiffoka fuq ix-xogħlijiet li għamilna fi tliet snin ta’ ħidma fil-proġett dwar it-tradizzjoni orali, wara 44 sena mill-kapitlu li kiteb Cassar Pullicino, se titfa’ dawl fuq dawk l-oqsma li jeħtieġu aktar riċerka. Fit-taħdita se jkun hemm diskussjoni strutturata mal-udjenza bl-għan li jinkixfu aktar aspetti biex nimxu aktar ’il quddiem fil-ħidma ta’ dan il-proġett.

Ħajr lill-Fond ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u lill-Klabb Kotba Maltin tal-għajnuna li jagħtu lil dan il-proġett.

yanika schembri fava tvm.png

Yanika Schembri Fava hija r-riċerkatriċi ewlenija u l-amminstratriċi tal-proġett tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università dwar It-Tradizzjoni Orali. Studjat il-Malti fl-Università ta’ Malta u kitbet it-teżi tal-baċellerat bit-titlu “Funzjonijiet Soċjali tal-Vers Popolari Malti: Is-Seħta u l-Iskunġrar” (2016). Fil-futur beħsiebha tippubblika l-ewwel ktieb tagħha b’versi popolari ta’ seħta u ta’ skunġrar, kemm mir-riċerka li għamlet għat-teżi, kif ukoll wara. Il-qasam tat-tradizzjoni orali, beda jinteressaha minn mindu kienet żgħira, meta kienet tara persuni qrib tagħha jużaw xi versi superstizzjużi u taħnin biex iraqqdu t-trabi. Madankollu, l-interess kompla kiber meta studjat “L-Eqdem Testi Poetiċi Maltin,” fosthom il-versi popolari Maltin.

Wara li tlesti l-Masters fit-tagħlim, Yanika Schembri Fava beħsiebha tkompli l-istudji tagħha fit-tradizzjoni orali fil-livell ta’ Masters.

GuzeCassarPullicino.jpg

Dwar Ġużè Cassar Pullicino: https://akkademjatalmalti.org/bijografiji/guze-cassar-pullicino/


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s