Nhar is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020, fis-7:00pm, fuq ZOOM: https://universityofmalta.zoom.us/j/95642390254, Dr Alex Vella Gregory, Yanika Schembri Fava, Jake Debattista u Marita Cassar se jagħtu taħdita dwar it-taqbiliet tal-festi li ġabru permezz tal-proġett Il-Kelma fil-Komunità: Minn Fuq l-Ispalla.

Hekk kif il-banda tieqaf u l-miġemgħa tistenna b’ħerqa l-marċ li jmiss, xi ħadd jiftaħ fommu, jgħolli jdejh, jew jitla’ fuq spallejn xi ħadd. Min mitluf isikket ħa jisma’, u min mitluf iħeġġeġ ħa jagħmlu iktar briju. Imbagħad joħorġu l-vrus imħanxra ħa jisma’ kulħadd, daqqa ta’ tifħir lejn il-patrun/a, u daqqa ta’ pika. Ġieli jkun taqbil ġdid, allura kulħadd jisma’ b’reqqa, u ġieli jkun taqbil qadim li ntiret minn ġenerazzjoni għal oħra, u allura hemmhekk kulħadd jingħaqad għall-vers finali. U fl-aħħar? Iżjed ċapċip, u iżjed briju.

Imexxi l-Proġett: Dr Alexander Vella Gregory
Riċerkaturi: Yanika Schembri Fava, Marita Cassar, Jake Debattista.