L-Arti tal-Kelma fid-Diskorsi Politiċi ta’ Duminku Mintoff (1962)

Nhar il-Erbgħa 30 ta’ Ġunju 2021 fis-6.00pm, Christabelle Borg, “L-Arti tal-Kelma fid-Diskorsi Politiċi ta’ Duminku Mintoff (1962)”. Din it-taħdita se tkun fuq Zoom u fuq Facebook u hija miftuħa għal kulħadd.

Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

It-taħdita se tiffoka dwar ir-riċerka li għamlet Christabelle Borg għat-teżina li kitbet bħala parti mill-kors tal-Baċellerat fl-Arti bl-Unuri fil-Malti taħt it-tmexxija tal-Professur Oliver Friggieri u l-Professur Adrian Grima.

It-taħdita se tagħti ħarsa lejn l-isfond politiku tad-diskorsi u l-metodoloġija ewlenija li ggwidat l-analiżi ta’ din ir-riċerka. Se tirreferi u tanalizza għadd ta’ tekniki u strateġiji rettoriċi li spikkaw l-aktar fil-meetings politiċi ta’ Mintoff tal-1962 u se tippreżenta wkoll is-sejbiet interessanti li sabet u analizzat Borg. Fl-aħħar Borg se tipproponi xi riċerki li jistgħu jsiru b’rabta mal-qasam tad-diskorsi.

156646582_1345048162527789_7783803183613031455_n-1-1Christabelle Borg, għandha 21 sena u toqgħod is-Siġġiewi. Temmet il-kors tal-Baċellerat fl-Arti fil-Malti (Unuri) f’Ġunju tal-2020 u bħalissa tinsab fl-ewwel sena tal-kors tal-Master in Teaching and Learning fil-Malti. Għandha għal qalbi l-qari, il-gżira Għawdxija u xi ħarġa ħafifa bejn il-ħbieb. Borg isegwi mill-qrib ukoll ix-xena politika Maltija.

One thought on “L-Arti tal-Kelma fid-Diskorsi Politiċi ta’ Duminku Mintoff (1962)”

  1. Niftakru jghid li biex il-pajjiz ma jibqax aktar f’ricessjoni, kien juza l-frazi …….. irridu nohorgu mill-hofra !!

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s