Bil-ballun f’saqajna … jew fi lsienna? 

Nhar It-Tnejn 7 ta’ Frar 2022 fis-6.00pm, Keith Attard, “Bil-ballun f’saqajna … jew fi lsienna”. Din it-taħdita, li se ssir mil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u se tintwera diretta fuq Zoom u Facebook, hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali mmexxija mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Barmu għal ġewwaħareġ għall-friefetpassaturpinġihulukiluhomnifed id-difiżażifen bil-ballun

Din it-taħdita se tlaqqagħna ma’ għadd ta’ espressjonijiet li jingħadu fil-futbol. Fost affarijiet oħra, se tingħata ħarsa wkoll lejn:

  •  il-lingwaġġ tekniku u l-lingwaġġ figurattiv;
  •  l-użu tal-Ingliż u tat-Taljan fl-espressjonijiet tal-futbol;
  •   il-metafora kunċettwali fil-futbol;
  •  l-influwenza tar-reġistru tal-futbol fit-taħdit ta’ kuljum, fil-politika, fuq it-televiżjoni u f’oqsma oħra;
  • x’għandu jiġi evitat f’dan ir-reġistru;
  •  l-ekonomija semantika fl-espressjonijiet tal-futbol;
  • espressjonijiet ta’ nkejja;
  • espressjonijiet imnebbħa minn kuntest lokali.
Ritratt ta’ Keith Attard meħud minn Matt

Keith Attard huwa għalliem tal-Malti tas-sekondarja, qarrej tal-provi u awtur ta’ żewġ kotba ta’ Ballun Pinġut (2012, 2014). Bħalissa huwa l-President tal-Għaqda tal-Malti – L-Università. Flimkien mal-qari, żewġ passjonijiet kbar tiegħu huma l-Malti u l-isport.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s