It-Tradizzjoni tal-logħob tan-nar fil-gżejjer Maltin

Nhar It-Tnejn 9 ta’ Mejju 2022 fis-6.00pm, Jonathan Mifsud “It-Tradizzjoni tal-Logħob tan-Nar fil-Gżejjer Maltin.” Din it-taħdita, li se ssir mil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u se tintwera diretta fuq Zoom u Facebook, hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali mmexxija mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Nar tal-ajru

Il-logħob tan-nar fil-gżejjer Maltin huwa tradizzjoni ferm popolari u huma ħafna dawk il-persuni involuti f’din l-arti madwar id-dinja. Din hija arti li tirrikjedi impenn sħiħ matul is-sena kollha mid-diversi voluntiera u professjonisti li huma involuti. Din it-tradizzjoni hija waħda mill-modi ta’ kif twassal il-ferħ waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa fir-raħal partikolari. Bħal kull ħaġa oħra, din l-arti kompliet tevolvi matul iż-żminijiet u l-użu tat-teknoloġija ħalla l-impatt tiegħu wkoll. Minħabba din l-istess evoluzzjoni, it-termini u t-terminoloġija użata twessgħet ukoll u dan kompla jwassal sabiex il-lingwa Maltija tibqa’ tiġġedded.

Mill-Għaqda tan-Nar

Din it-taħdita, tippreżenta l-mod ta’ kif oriġinat din it-tradizzjoni f’pajjiżna, il-materjal użat u t-termini abbinati waqt il-manifattura u l-ħruq tan-nar. Sa tħares lejn kif it-teknoloġija ħalliet l-impatt tagħha fuq din it-tradizzjoni u ser nisimgħu xi taqbil dwar in-nar waqt il-marċi tal-festi.   

Jonathan Mifsud huwa l-kaxxier tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V u ilu diversi snin involut f’din l-għaqda permezz tal-volontarjat. Huwa studja l-MCAST fis-settur tal-elettronika u llum il-ġurnata jaħdem bħala Avionics Engineer fis-settur tal-manutenzjoni tal-ajruplani. Il-volontarjat huwa għal qalbu ħafna u l-oqsma tal-piroteknika, il-fotografija u t-teknoloġija jinteressawh ferm. Kienu dawn l-istess oqsma li wassluh sabiex inkun involut direttament f’din l-għaqda permezz ta’ proġetti u dejjem jara kif jista’ jagħmel l-aħjar użu minnhom għal-ġid tal-komunità.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s