Category Archives: Taħditiet

“Ħej mamà, ‘tini piżella…” Rakkonti u Taqbiliet tan-Nanniet

Nhar it-Tlieta 12 ta’ Ottubru 2021 fis-6.00pm, Anita Vassallo Piccinino, “Ħej mamà, tini piżella…” se titkellem dwar rakkonti u taqbiliet tal-imgħoddi. Din it-taħdita se tkun fuq Zoom u fuq Facebook u hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta u miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Anita Vassallo Piccinino se tiffoka fuq stejjer li kienu jirrakkontaw in-nanniet u l-ommijiet lit-tfal. Rakkonti kemxejn qosra iżda kienu magħrufin ħafna mat-tfal ta’ żmien il-gwerra meta n-nies kienu jkunu miġburin kollha f’kamra waħda, u t-tfal kollha tat-triq kienu jmorru kollha għand il-Bużnanna Rużar biex jisimgħuha tirrakkonta. It-taħdita se tħares lejn kliem li fl-imgħoddi n-nies kienu jużaw biex jikkomunikaw bejniethom u li matul iż-żmien intilef bosta minnu. Fl-aħħar il-kelliema se tippreżenta xi taqbiliet li l-ommijiet kienu jkantaw jew jgħidu lil uliedhom biex joqogħdu kwieti.

Anita Vassallo Piccinino, twieldet u għexet il-Belt Valletta u għal snin twal qattgħet ħafna ħin man-nanna tagħha li ta’ spiss kienet tirrakkontalha stejjer u ġrajjiet tal-passat. Għalkemm kienet għadha żgħira kienet tistagħġeb kif ir-rakkonti li kienet tisma’ kienet donnha tgħixhom u kienet tħoss illi kieku dawn ir-rakkonti ma kitbithomx kienu jintilfu.  

Anita taħdem bħala producer u script writer mal-kumpanija We Media Ltd. Ħadmet għal 7 snin bħala producer fil-programm Xarabank u L-Erbgħa fost il-Ġimgħa. Kienet parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Bijografiji li kien jixxandar fuq il-PBS u bħalissa qed tattendi l-kors tal-Qari tal-Provi tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta.

Ix-Xtut tal-Majjistral t’Għawdex u t-Toponomija tagħhom – Alex Camilleri

Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Marzu 2021, fis-6.00pm, Alex Camilleri se jitkellem fuq “Ix-Xtut tal-Majjistral t’Għawdex u t-Toponomija Tagħhom” fuq Zoom. Biex tidħol issegwi din it-taħdita agħfas fuq din il-ħolqa:
https://universityofmalta.zoom.us/j/99583155103

Ix-xtut ta’ madwar l-Għarb, l-Għasri u d-Dwejra joffru ambjent naturali ftit li xejn mittiefes, b’sisien għoljin u weqfin maqrusin bejn kampanja mill-isbaħ u baħar salvaġġ li jqanqallek kurżità u rispett fl-istess ħin. Magħġunin ma’ dawn l-inħawi mwarrbin hemm ukoll drawwiet, ġrajjiet u saħansitra fdalijiet lingwistiċi li żewqu l-folklor lokali u l-istorja ta’ kuljum fil-ħajja ta’ dari.

F’din it-taħdita, se tingħata titwila lejn xi ħjiel li joffrulna uħud mit-toponimi, jiġifieri l-ismijiet u l-laqmijiet tal-post, li waslulna b’mod verbali min-nies li qattgħu għomorhom u żmienhom hemmhekk. Tingħata ħarsa ħafifa wkoll lejn xi rakkonti, għajdut u osservazzjonijiet oħra marbutin m’ dawn il-postijiet.

Alex Camilleri twieled Tas-Sliema fl-1971. Għandu 49 sena u huwa missier ta’ żewġt itfal. Studja fl-Università ta’ Malta, mnejn kiseb Baċellerat fix-Xjenza, Ċertifikat (PGCE) fit-Tagħlim tax-Xjenza, Maġisteru fl-Ippjanar Ambjentali, u Diploma fil-Management. Ilu għal dawn l-aħħar 27 sena jaħdem fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent u f’oqsma oħra relatati, u għandu għal qalbu wkoll il-wirt storiku u kulturali Malti. Fost l-interessi personali tiegħu, hemm il-ġbir ta’ tagħrif dwar it-toponomija Maltija u Għawdxija, u l-esplorazzjoni xiber b’xiber tal-Gżejjer Maltin, b’mod partikolari l-kampanja, ix-xtut, u taħt il-baħar. Kien involut fi proġetti ta’ riċerka ambjentali f’Malta, fl-Italja, fit-Tuneżija u fil-Marokk, u kiteb għadd ta’ artikli f’pubblikazzjonijiet lokali u barranin dwar temi li jolqtu l-ambjent naturali u t-toponomija.


L-Ismijiet tal-Widien: is-Sorsi Orali

Nhar it-Tlieta 18 ta’ Frar  2019, fis-6.00pm, Simon Salafia se jagħmel taħdita dwar “L-Ismijiet tal-Widien: is-Sorsi Orali,” fis-sensiela ta’ taħditiet fuq it-Tradizzjoni Orali. Din l-attività se ssir fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq.

Din se tkun id-disa’ taħdita ta’ din is-sena akkademika tal-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali, li qed jitmexxa mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta bil-Fondi tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta u bl-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin.

Fl-ewwel taqsima, Simon Salafia se jħares lejn kif jissawru t-toponimi li jinġabru minn fomm in-nies u jippreżenta kliem bil-Malti li rari jintuża. Fit-tieni taqsima ser jitkellem dwar is-sorsi orali u l-importanza tagħhom fit-tiftix ta’ iktar toponimi. Se jsemmi ismijiet ta’ widien li l-uniċi sorsi tagħhom kienu orali. Fit-tielet taqsima l-kelliem se jipproponi xi inizjattivi biex dawn l-ismijiet ma jintilfux mill-memorja kollettiva tal-ġens Malti. Wara t-taħita jkun hemm il-ħin għad-diskussjoni ma’ dawk preżenti.

DSC_0943
Simon Salafia waqt it-taħdita li għamel f’Novembru 2019 (Ritratt ta’ Adrian Grima)

Simon Salafia, studja fl-iskola tal-Gvern tar-Rabat u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa fl-Inġinerija Elettrika u studja l-Ispanjol fl-Università ta’ Salamanca. Għallem l-Ispanjol fiċ-ċentru kulturali Spanjol-Malti, fl-iskejjel tal-Gvern, u fl-Università ta’ Malta. L-interessi u l-passatempi ewlenin tiegħu huma l-ivvjaġġar, u l-Istorja u l-kultura Maltija, l-aktar il-perjodu Medjevali u t-toponomastika. Huwa wkoll gwida liċenzjat u interpretu professjonali. F’Novembru 2019, fis-Sala tal-Perjodiċi tal-librerija tal-Università ta’ Malta, Simon Salafia għamel taħdita dwar Seħer il-Malti fit-Toponomastika bħala parti mis-sensiela ta’ taħditiet fuq It-Tradizzjoni Orali. Kienet taħdita li qanqlet ħafna interess fost dawk preżenti. 


Public Talk on the Names of Valleys

On Tuesday 18 February 2020, Simon Salafia is giving a public talk in Maltese in the Library of the Faculty of Arts at the University of Malta on “Oral Sources for the Names of Valleys in Malta and Gozo.” The talk starts at 6.00pm.

DSC_0960
Simon Salafia during his talk in November 2019 (Picture by Adrian Grima)

This talk is part of the Oral Traditions project of the Department of Maltese in the Faculty of Arts which is supported by the Research Fund of the University and Klabb Kotba Maltin. 

Mr Simon Salafia will be talking about how toponyms are collected from oral sources and how these names contribute to studies about the landscape of the Maltese islands and our national language. In his talk, the speaker will also propose ways of preserving these names which are part of our collective memory but risk being lost because they have never been written down.

Simon Salafia graduated as an electrical engineer from the University of Malta. He then studied Spanish at the University of Salamanca in Spain. He is passionate about travelling and about Maltese history and culture, especially the Medieval period. He has been carrying out fieldwork on placenames in the Maltese islands for many years. He is a licensed guide and professional interpreter. In November 2019 he gave a well-received talk on toponyms at the University of Malta main library as part of the Oral Traditions project.

 


 

 

Strumenti Marbutin ma’ Ritwali u t-Tkeċċija tal-Ħażen

Nhar it-Tlieta 28 ta’ Jannar 2020, fis-6.00pm, Dr Anna Borg Cardona se tagħmel taħdita pubblika dwar “Strumenti Marbutin ma’ Ritwali u t-Tkeċċija tal-Ħażen” fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq.

1.Qanpiena 1625 (1)
Ritratt tal-qanpiena ta’ George Scintilla

Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fond ta’ Riċerka tal-Università u l-Klabb Kotba Maltin.

L-istrumenti mużikali bikrin ma nħolqux għat-ton sabiħ tagħhom, jew għall-pjaċir, iżda kienu hemm għax kellhom funzjoni x’jaqdu.

2. Cuqlajta (1)
Ritratt taċ-ċuqlajta ta’ George Scintilla

Fit-taħdita tagħha, Dr Anna Borg Cardona se titkellem fuq strumenti bażiċi li jmorru lura sew fiż-żmien, u li għandhom l-ikbar rabta ma’ ritwali u mat-tkeċċija tal-ħażen. Dawn ir-ritwali spiss insibuhom marbutin mal-biżgħat li kellu l-bniedem fl-għajxien ta’ kuljum u fl-eżistenza tiegħu. Għaldaqstant, huma assoċjati mal-ħajja agrikola, mal-istaġuni, u maċ-ċiklu tal-ħajja tal-bniedem u tal-bhejjem tiegħu.

 

It-taħdita se turi kif il-familja, l-art u l-bhejjem kienu jitqiesu l-aktar għeżież għall-bniedem u għalhekk kienu l-iżjed li jeħtieġu dik il-protezzjoni li tbegħidhom mill-għawġ, mill-għajn, u minn kull tip ta’ periklu u ħażen.

ritratt ABC (1)

Dr Anna Borg Cardona kisbet Baċellerat fl-Arti fl-Ingliż u l-Franciż mill-Università ta’ Malta, u diplomi fid-daqq u t-tagħlim tal-mużika minn Trinity College ta’ Londra, Fellowship mil-London College of Music, u Ph.D fil-mużika mill-Università ta’ Southampton.

Dr Borg Cardona, tgħallem part-time fl-Institute of Maltese Studies tal-Università ta’ Malta. Minbarra li ppubblikat diversi artikli f’ġurnali u rivisti Maltin u barranin, kitbet tliet kotba fuq il-mużika u l-istrumenti ta’ Malta. Artikli tagħha dehru f’The Grove Dictionary of Musical Instruments.

Anna Borg Cardona waqqfet il-grupp Ġukulari Ensemble b’repertorju ta’ mużika ta’ Malta irriċerkata minnha u d-daqq ta’ strumenti Maltin. Kienet il-kuratriċi tal-wirja mtellgħa fl-2019 mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti, Music in Malta from Prehistory to Vinyl.

Ara wkoll: http://abcmusicmuseum.blogspot.com/


um-tradizzjoniorali-19-square-2-3

A Public Talk on Musical Instruments connected with Ritual and the Expulsion of Evil

On Tuesday 28 January 2020 at 6.00pm, Dr Anna Borg Cardona will give a public talk in Maltese on “Musical Instruments connected with Ritual and the Expulsion of Evil” in the Faculty of Arts Library of the University of Malta, Tal-Qroqq.

This talk is part of the Oral Traditions project of the Department of Maltese in the Faculty of Arts of the University of Malta, which is supported by the Research Fund of the University and Klabb Kotba Maltin.

Rabbaba Frenc. 1995
Picture of the “rabbaba” by Anna Borg Cardona

Early musical instruments were not created for their beautiful tone, but rather for their essential function within ritualised human behaviour. These rituals were often associated with people’s innate fears of the unknown or hopes connected with their daily existence. Agricultural life, the seasons of the year and the cycle of life of individuals, their family, crops and livestock were their only aspirations. Many instruments were therefore accredited with magical powers of banishing danger and evil from people and their surroundings, and everything that they felt was most essential to their survival.

In this presentation Dr Anna Borg Cardona will be looking at a few of the musical instruments that have, or once had, such magical or ritual functions.

The speaker has ħad a lifelong passion for music and art. She graduated with a B.A.  in English and French from the University of Malta in 1978 and received an associate diploma in music teaching and Licentiate diploma in piano performing from Trinity College, London, in 1980. Dr Anna Borg Cardona studied Musicology at the University of Malta (1995-1997) and was awarded a Fellowship by the London College of Music for Professional Achievement in the field of musicology and organology (F.L.C.M., 2012). She obtained her Ph.D in Music from the University of Southampton in 2018.

ritratt ABC (1)Dr Borg Cardona is the author of three books and several articles in Maltese and foreign journals. She is currently carrying out research on Maltese musical instruments, music, and traditional song and dance. She guest curated the exhibition ‘Whistles from Ritual to Toys’ (2009) and contributed to the setting up of the Maltese section at the Musical Instrument Museum (MIM) in Arizona. In 2019 she guest curated Fondazzjoni Patrimonju Malti’s exhibition ’Music in Malta – from Prehistory to Vinyl’. Anna Borg Cardona is the founder of Gukulari Ensemble, that has given performances in Malta, Budapest, Vienna, Bologna, Portugal, and Spain. 

Visit also: http://abcmusicmuseum.blogspot.com/


 

Oral Literature in the Contemporary Mediterranean

Il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar 2020, fis-6.00pm, Dr Óscar Abenójar Sanjuán, “Oral Literature in the Contemporary Mediterranean. Old Genres into New Wineskins.” fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq.

27752415_1764966543812453_3478496042485094393_n
Ritratt meħud minn Dr Óscar Abenójar Sanjuán

 

Dr Óscar Abenójar għandu dottorat fil-letteratura komparata u speċjalizza fin-Narrattiva u l-Etnografija Orali.  Abenójar jgħallem il-Letteratura Ispanika fl-Università tal-Istudji Barranin ta’ Hankuk (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) u għandu bosta pubblikazzjonijiet marbuta mal-qasam tat-tradizzjoni orali, fosthom: Cuentos populares de la Cabilia (2014); La hermosa Ilona: antología de baladas populares húngaras (2014); La princesa cautiva y el pájaro del viento: mitos y cuentos del norte de Argelia (2015), u La grandas de oro y otros cuentos tradicionales del oasis del Mzab (Argelia) (2016).

27983461_1764966507145790_7759250925442543074_o
Dr Óscar Abenójar Sanjuán ma’ wieħed mill-informanti tiegħu


On Friday, 31 January 2020, at 6.00pm, Dr Óscar Abenójar Sanjuán will be giving a public talk in English on “Oral Literature in the Contemporary Mediterranean. Old Genres into New Wineskins.” in the Faculty of Arts Library of the University of Malta, Tal-Qroqq.

This talk is part of the Oral Traditions project of the Department of Maltese in the Faculty of Arts of the University of Malta, which is supported by the Research Fund of the University and Klabb Kotba Maltin.

Several old narratives, songs, rituals, riddles, and superstitions have survived in the Mediterranean region from antiquity until today. Nevertheless, the ways of transmission are no longer the same. This talk will give some examples of the transformations occurring nowadays in the field of oral literature.

IMG20180218144923
Dr Óscar Abenójar Sanjuán with one of his informants

Óscar Abenójar has a PhD in Comparative Literature and he has specialized in Oral Narrative and Ethnography. At present he teaches Hispanic Literature at Hankuk University of Foreign Studies in Seoul, Republic of Korea. He is the author or co-author, amongst others, of several studies about oral traditions in North Africa: Cuentos populares de la Cabilia (2014); La hermosa Ilona: antología de baladas populares húngaras (2014); La princesa cautiva y el pájaro del viento: mitos y cuentos del norte de Argelia (2015), and La grandas de oro y otros cuentos tradicionales del oasis del Mzab (Argelia) (2016). 

In June 2019, Dr Óscar Abenójar Sanjuán gave a video talk on Techniques and Methods for Collecting Oral Tradition to researchers as part of the Oral Traditions project. This is his first visit to Malta.

 


 

Minn ta’ min int? Analiżi Lingwistika tal-Laqam Personali

Screen Shot 2019-12-05 at 12.11.08

Nhar it-Tlieta 17 ta’ Diċembru 2019, fis-6.00pm, fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Abigail Deguara se tagħmel taħdita dwar “Minn ta’ min int? Analiżi Lingwistika tal-Laqam Personali”.

Din se tkun il-ħames attività mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali, proġett immexxi mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta bil-Fondi tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta u bl-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin.

Din it-taħdita hija dwar il-laqmijiet ta’ individwi u familji Maltin; tikketti li għal xi wħud huma ħelwin u għal oħrajn imbarazzanti, imma li lkoll ifakkru ħsibijiet antiki li baqgħu jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra bil-fomm. Ħafna studjużi Maltin isemmuhom fix-xogħlijiet tagħhom però ftit li xejn jiffukaw fuq aspetti formali bħal kif jinbnew u x’tip ta’ struttura jista’ jkollhom. Għal din ir-raġuni, l-istudju li għamlet Abigail Deguara jħares lejn numru ta’ laqmijiet minn perspettiva lingwistika, janalizza l-binja tagħhom u jikklassifikahom skont għadd ta’ kriterji. B’hekk it-taħdita mhux biss se tagħti informazzjoni ġenerali dwar il-laqmijiet personali imma se tiffoka wkoll fuq l-elementi varji li jsawruhom.

Abigail Deguara, għandha 21 sena u toqgħod il-Mosta. Tħobb iżżomm ruħha impenjata matul il-ġurnata u għandha għal qalbha l-ivjaġġar, u t-tagħlim. Din is-sena għadha kemm lestiet il-kors tal-Baċellerat fl-Arti bl-Unuri fil-Malti u issa tinsab eċitata sabiex tara fejn se jwassalha l-vjaġġ tal-Masters fit-tagħlim.

Seħer il-Malti fit-Toponomastika: is-Sorsi Orali

Screen Shot 2019-11-11 at 00.07.02

Nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru 2019, fis-6.00pm, fis-Sala tal-Perjodiċi tal-librerija tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Simon Salafia se jagħmel taħdita dwar Seħer il-Malti fit-Toponomastika: is-Sorsi Orali.

Din se tkun ir-raba’ attività mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali, proġett immexxi mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta bil-Fondi tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta u bl-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin.

Screen Shot 2019-11-11 at 00.06.41It-taħdita tikkonsisti fi tliet partijiet. L-ewwel parti tagħti ħarsa ġenerali lejn it-toponimi, l-iktar fil-kuntest lokali. It-tieni taqsima tiffoka fuq kif dawn l-ismijiet tal-imkejjen jikxfu, jew jagħtu ħjiel, ta’ kliem Malti li llum ma għadux jintuża. F’din il-parti se jissemmew ukoll ismijiet ta’ persuni li huma wkoll toponimi imma jissejħu antroponimi, u li ma tantx huma magħrufa. Dawn huma ismijiet ta’ xeħta Għarbija, Katalana, Spanjola, Sqallija, u Maltija. L-aħħar taqsima tħares lejn l-importanza tas-sorsi orali, u kif dawn għenu biex tingħata tifsira lil xi toponimi, kif ukoll xeħtu dawl fuq toponomi oħra li mhumiex iddokumentati.

Screen Shot 2019-11-05 at 16.03.55.png

Simon Salafia, studja fl-iskola tal-Gvern tar-Rabat u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa fl-Inġinerija Elettrika u studja l-Ispanjol fl-Università ta’ Salamanca. Għallem l-Ispanjol fiċ-ċentru kulturali Spanjol-Malti, fl-iskejjel tal-Gvern, u fl-Università ta’ Malta. L-interessi u l-passatempi ewlenin tiegħu huma l-ivvjaġġar, u l-Istorja u l-kultura Maltija, l-aktar il-perjodu Medjevali u t-toponomastika. Huwa wkoll gwida liċenzjat u interpretu professjonali.


 

Mhux Tradott u Intraduċibbli: Id-diskors f’dokumentarju etnografiku fuq lanċa tas-sajd

Nhar it-Tlieta 14 ta’ Jannar 2020, fis-6.00pm, f’Sala Pietru Pawl Saydon (ALT) tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, il-fotografu u riċerkatur Gilbert Calleja se jagħmel taħdita bir-ritratti u l-filmati dwar l-esperjenza tiegħu ta’ riċerka fuq medda ta’ snin fuq lanċa tas-sajd Xlukkajra. Fit-taħdita, “Mhux Tradott u Intraduċibbli: Id-diskors f’dokumentarju etnografiku fuq lanċa tas-sajd,” Gilbert Calleja, li jaħdem fil-qasam tad-dokumentarju fotografiku, se jistħarreġ il-lingwaġġ użat mis-sajjieda.

Din se tkun il-ħames attività mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali, proġett li issa daħal fir-raba’ sena tiegħu. Dan huwa proġett immexxi mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta bil-Fondi tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta u bl-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin.

Fit-taħdita tiegħu, Gilbert Calleja se jitkellem fuq l-esperjenza fit-tul li għamel fuq lanċa tas-sajd Maltija u fuq kif is-sajjieda jużaw il-lingwa. Illum mal-Maltin jaħdmu diversi barranin bħala ekwipaġġi u għalhekk id-dinamika fuq il-laneċ hi totalment differenti minn dik li kienet sa għoxrin, tletin sena ilu. Permezz ta’ diversi eżempji mix-xogħol awdjoviżiv tiegħu se jiddiskuti l-użu tal-lingwa biex tqanqal l-emozzjoni, toħloq tensjoni u tasal għal interpretazzjoni poetika fir-rakkont mhux mistħajjel.

CALLEJA_Gilbert_013
Ritratt ta’ Gilbert Calleja

Gilbert Calleja se jibda billi jħares lejn il-film etnografiku bħala riċerka msejsa fuq l-esperjenza diretta tar-riċerkatur jew ir-riċerkatriċi. Se jħares ukoll lejn ir-rwol li kellhom jew għad għandhom ir-riċerkaturi fit-tradizzjoni tar-rakkont mhux fittizju u jirreferi għal xogħlijiet speċifiċi ta’ nies bħal Louis Buñuel, Robert Gardner u l-Ethnographiċ Sensory Lab. Permezz ta’ diskussjoni dwar l-istruttura u d-dinamika ta’ kif naslu għall-għarfien fir-rappreżentazzjoni tal-“verità,” il-kelliem se jipprova juri kif u għaliex ir-riċerkaturi etnografiċi ħaddmu r-riżorsi awdjoviżivi biex jipproduċu dokumentarji.

Imbagħad se jħares lejn l-użu tal-kelma mitħaddta, il-mistoqsijiet li jitqajmu fil-proċess tat-traduzzjoni u x’tip ta’ impatt għandha t-traduzzjoni fuq ir-rakkont innifsu. B’rabta diretta ma’ dan, se jiddiskuti eżempji minn dokumentarji speċifiċi fejn it-taħdit jew ma ġiex tradott f’lingwa aċċessibbli għal udjenza wiesgħa (tħalla fil-lingwa oriġinali) jew tħalla barra kompletament. Il-kelliem huwa interessat fil-mod kif ir-riċerkaturi-diretturi, flok imponew tifsira huma, ħallew f’idejn il-pubbliku biex jipprova jaqta’ x’inhu jingħad jew x’inhu jiġri.

_DSC8879
Ritratt ta’ Gilbert Calleja

L-argument ta’ Gilbert Calleja se jkun marbut mal-problemi li jinbtu meta persuna fl-udjenza tirrelata mal-istampa, il-ħoss u l-kitba. Il-kelliem se jispjega kif il-fenomenoloġija għenitu jagħraf il-kwalitajiet espressivi tat-taħdit u wasslitu biex jifhem iċ-ċentralità tagħhom fil-proċess etnografiku tiegħu. Il-mistoqsija ewlenija li se jindirizza hawn hija dwar kif it-taħdit u l-kuntest li jseħħ fih influwenzaw ir-rakkont tiegħu bħala riċerkatur u produttur tad-dokumentarji?

L-esperjenza tiegħu jisma’ lis-sajjieda, jitkellem magħhom u jaqra mid-diarju miktub minn wieħed minnhom wasslitu biex jispekula fuq il-potenzjal tal-istrutturi tat-taħdit u tal-kitba bħala mudelli li fuqhom jista’ jibni rakkont etnografiku bħala dokumentarju għall-internet.

CALLEJA_Gilberts
Gilbert Calleja

Gilbert Calleja, li twieled fl-1978, huwa fotografu u riċerkatur li jiffoka fuq temi soċjali f’Malta u fir-regjun tal-Mediterran u jiddokumenta nies u sitwazzjonijiet fuq medda ta’ snin sħaħ ta’ riċerka.

Bħalissa qed jagħmel dottorat mas-Centre for Research and Education in the Arts and Media (CREAM) fl-Università ta’ Westminster, Londra fejn qed jinvestiga l-potenzjal ta’ pjattaformi medjatiċi ġodda bħala għodda għal rakkonti mhux fittizji. L-interessi prinċipali tiegħu jinkludu proġetti ta’ kollaborazzjoni bħala metodi ta’ riċerka u formati multimedjali bħala strutturi ta’ rappreżentazzjoni. It-titlu tar-riċerka tiegħu hu “Identity and the Maltese fisherman: challenging stereotypes througħ multi-media platforms – a practice-based case study.”

Ix-xogħol tiegħu kien parti mill-padiljun Malti fil-Biennale ta’ Venezja fl-2017. Kien ukoll wieħed mill-artisti magħzula għall-wirja kollettiva “Dal-Baħar Madwarha” organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 2018. Wirjiet oħra tiegħu jinkludu “Lampara” (Berlaymont Buildings, Brussell, 2017); “L.O.M.L.” (ma’ Matthew Attard) film qasir tal-poeżija kkummissjonat minn Inizjamed għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta tal-2016; u l-wirja “The Culture of Aging” (Valletta, 2015). Xogħlu ntwera f'”Les Rencontres de la photographie d’Arles” u fil-festival “Caochangdi Photospring” f’Beijing.

Gilbert Calleja studja l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta u l-prattika artistika fl-Università ta’ Parigi, Paris 1 Panthéon-Sorbonne (2004). www.gilbertcalleja.com


 

Taħdita u ritratti ta’ Gilbert Calleja

Title: Untranslated and untranslatable: speech in ethnographic filmmaking. A case-study with a Maltese fishing boat.

In this presentation I will be discussing my long-term experience working with a Maltese fishing boat and the fishermen’s use of language. Through various audio-visual examples from my fieldwork I will discuss the use of speech as a way to generate emotion and as an opportunity for tension and poetic interpretation in non-fiction storytelling.

Starting by defining ethnographic film as experiential research and its position within the non-fiction storytelling filmmaking tradition I will them proceed to look at specific works by the likes of Louis Bunuel, Robert Gardner and the Ethnographic Sensory Lab. Exploring the structures and dynamics of sense making in the representation of the real, I will try to expose how ethnographers working as documentary makers have conducted and processed audio-visual research and to what effect.

I will then focus on speech and the questions surrounding the way it is translated and how translation influences the storytelling process. More importantly I will also look at instances in documentary making where speech has been either left in its original language, thus leaving it up to the public to understand or guess what is being said on screen, or has been edited out completely. Alluding to the problems surrounding subtitling and the relationship between images, sound and text I engage in a phenomenological reading of my own research with Maltese fishermen to highlight the inherent expressive qualities of speech as an essential part of the ethnographic encounter. How have speech and the conditions in which the spoken word is uttered shaped my storytelling process?

dsc_1110 (1)

Informed by my own experience of talking and listening to fishermen as well as my reading of the log-book/diaries of one of the fishermen I hypothesize on the potential of tapping into the dynamics of dialogue and the written account as structuring models for developing web-based non-fiction storytelling interfaces.

Keywords: Ethnography, storytelling, representation, speech, translation, engagement


CALLEJA_Gilberts
Gilbert Calleja

Gilbert Calleja (b.1978) is a documentary photographer focusing on long-term socially engaged projects in his native Malta and around the Mediterranean.

As a practice-based PhD researcher at the Centre for Research and Education in the Arts and Media (CREAM) at the University of Westminster, London, Gilbert is looking into the potential of new media platforms for non-fiction storytelling. He is particularly interested in collaborative ethnographic processes and multimedia representations. The title of his research is ‘Identity and the Maltese fisherman: challenging stereotypes through multi-media platforms – practice-based case study’.

A selection of photographs from his three-year project working with transgender individuals in Malta was recently shown at the Venice biennale (2017) as part of the Maltese pavilion. He has also produced a 5.1 immersive audio piece for ‘Dal Baħar Madwarha’ exhibition as part of the Valletta2018 (European City of Culture) cultural events programme. Other recent exhibitions and commissions include Lampara (Berlaymont Buildings, Brussels, 2017), ‘L.O.M.L.’ short film commissioned for the Mediterranean International Literature festival (2016) and VIVA, The culture of Aging (Valletta, 2015). His work has also been shown at the Rencontres de la Photographie d’Arles and the Caochangdi Photospring festival in Beijing.

Gilbert has worked as a freelance photographer and studied history of art and fine arts at the University of Malta (2000) and the university of Paris, Paris 1 Panthéon-Sorbonne (2004).


 

Ir-Rakkont Orali mit-Tradizzjoni sad-Drammaturġija Kontemporanja

Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Ottubru, bejn il-5.00pm u s-7.00pm, Massimo Barilla u Salvatore Arena se jmexxu workshop speċjali dwar ir-rakkont fil-pubbliku. Massimo u Salvatore għandhom esperjenza kbira fit-tmexxija ta’ workshops bħal dawn u ħadmu ħafna kemm fuq ir-rakkont popolari kif ukoll fuq it-teatru kontemporanju.

Il-workshop jismu “Ir-Rakkont Orali mit-tradizzjoni sad-drammaturġija kontemporanja.” Ix-xewqa tagħna hi li nħajru lil dawk li huma interessati biex jibdew jesperimentaw bir-rakkontar fil-pubbliku.

Biex tinkitbu għal dan il-workshop mingħajr ħlas, iktbu lil Yanika Schembri Fava jew Rita Saliba  f’dawn l-indirizzi:

Rita Saliba <ritabusu@gmail.com>

Yanika Schembri Fava <yanika.schembri-fava.13@um.edu.mt>

Jista’ jinkiteb kulħadd. Il-workshop se jkun bit-Taljan u l-Malti. M’hemmx għalfejn tkun taf bit-Taljan biex tieħu sehem.

Is-Sibt, 26 ta’ Ottubru, fit-8.30pm, Valletta Campus

Jumejn wara, is-Sibt 26 ta’ Ottubru, fit-8.30pm, fit-teatru tal-Valletta Campus, Massimo u Salvatore se jippreżentaw ix-xogħol teatrali (bit-Taljan u l-Ingliż) li qed jinħadem f’għadd ta’ pajjiżi bl-isem ta’ Come un granello di sabbia (Like a grain of sand). Tistgħu tiksbu l-biljetti minn https://www.kultura.mt/en/events/like-a-grain-of-sand-NDUx

 


 

Ir-Riħ fil-Qala’

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru 2019, fis-6.00pm, Joe Morana se jagħmel taħdita dwar “Ir-Riħ fil-Qala’,” fil-Mużew Marittimu, il-Birgu.

Heritage.jpgDin it-taħdita mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta se ssir bi sħab mal-Mużew Marittimu ta’ Heritage Malta u bħala parti mill-programm ta’ Birgufest.

L-attività hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn.

Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti jirringrazzja lill-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u lill-Klabb Kotba Maltin għall-għajnuna tagħhom f’dan il-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali li issa daħal fir-raba’ sena tiegħu. Din it-taħdita ta’ Joe Morana se tkun l-ewwel waħda għal din is-sena akkademika.

Il-gżejjer Maltin sa mill-qedem kienu magħrufin u apprezzati għall-pożizzjoni strateġika tagħhom f’nofs il-bahar Mediterran, kemm mil-lat navali militari, kif ukoll mil-lat tat-tbaħħir kummerċjali. Għalhekk ġew okkupati jew maħkuma minn ġnus merkanti u potenzi militari varji.

Matul is-sekli, il-komunikazzjoni ta’ dawn il-gżejjer ma’ pajjiżi ġirien kienet tiddependi għalkollox minn bastimenti u bċejjeċ tal-baħar armati bil-qlugħ ta’ diversi għamliet u qisien li jvarjaw skont l-iskop rispettiv tagħhom. Intużaw kemm għat-traġitt bejn il-gżejjer Maltin u kemm għas-sajd.

F’din it-taħdita Joe Morana jħares fuq fuq lejn l-evoluzzjoni ta’ bċejjeċ u opri tal-baħar bil-qlugħ li kienu jbaħħru bejn il-Gzejjer Maltin u lil hinn minnhom. Il-kelliem se jippreżenta t-terminoloġija Maltija biex jagħti tagħrif dwar il-prinċipji bażiċi ta’ kif titħaddem dgħajsa bil-qlugħ u ħwejjeġ relatati.

615798_429835800386032_206331278_o (3)

Fi żminijietna l-qlugħ m’għadux jintuża fuq bastimenti, bċejjeċ u opri tal-baħar li jbaħħru għal skopijiet kummerċjali u essenzjalment huwa limitat għal attivitajiet rikreattivi jew sportivi. F’dan il-kuntest, fit-tahdita tiegħu Joe Morana se jagħti ħarsa ukoll lejn l-ibburdjar bil-frejgatini tal-latin u lejn x’għad fadal mill-opri tal-baħar Maltin imħaddma bil-qlugħ tradizzjonali.

Wieħed mill-għanijiet tat-taħdita huwa li tixpruna aktar riċerka u jiġu ppubblikati aktar xogħlijiet bil-Malti dwar is-snajja’ tal-baħħara u xogħlijiet u ħwejjeġ oħra relatati mal-attività marittima ta’ pajjiżna.

36616246_10216201371451820_6513898330559348736_n (1)

Joe Morana, mill-Birgu, twieled fl-1956 u ħa l-edukazzjoni formali tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Birgu u l-Iskola Sekondarja ta’ San Gużepp, Raħal Ġdid. Studja wkol fl-Università ta’ Malta fejn  kiseb Diploma in Labour Studies u Diploma fin Marketing. Imbagħad għamel Masters fit-Training and Human Resources Management mal-Università ta’ Leicester. Joe Morana ħadem f’diversi karigi u dipartimenti fis-Servizz Pubbliku u għal xi żmien kien uffiċjal fi trade union ewlenija. Illum rtira mix- xogħol formali.

L-ibburdjar hu fost l-interessi ewlenin tiegħu u ilu jipprattika din id-dixxiplina għexieren ta’ snin. Għandu esperjenza sew fl-ibburdjar sportiv (regatta) u rikreattiv, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. F’dawn l-aħħar snin żviluppa interess u kiseb esperjenzi fuq opri tal-bahar Taljani bil-qlugħ latin tradizzjonali f’numru ta’ lokalitajiet fi Sqallija u f’reġjuni oħrajn tal-Italja.


 

Joe Morana’s public talk on Sailing Boats and Techniques

On Friday 11th October, at 6.00pm, Joe Morana is giving a public talk in Maltese on traditional sailing boats and sailing techniques  entitled “Ir-Riħ fil-Qala’” at the Maritime Museum in Birgu. This event is part of the Oral Traditions project of the Department of Maltese at the University of Malta, which is now in its fourth year, and coincides with the 2019 edition of Birgufest.

11737924_10152910276041389_7753319131943811434_n

The talk, which is being held in collaboration with Heritage Malta, is open to the general public and entrance is free. The Oral Traditions project is supported by the Research Fund of the University of Malta and by Klabb Kotba Maltin.

The speaker will be looking briefly at the evolution of sailing vessels that travelled both between the Maltese Islands and beyond. He will be presenting the terminology in Maltese and looking at ways these ferries or fishing vessels operated.

Joe Morana, who was born in Birgu in 1956, has diplomas in Labour Studies and Marketing from the University of Malta and a Masters in Training and Human Resources Management from the University of Leicester. He worked for many years in the public service and was an official in a leading trade union.

He has been a sailing enthusiast for decades and has been part of crews on sailing boats in Malta and abroad. In recent years he has carried out research on lateen sails in Malta and Sicily and other parts of Italy.