Dr Michael Spagnol

Dr Michael Spagnol huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta u wieħed mill-koordinaturi tal-proġett It-Tradizzjoni Orali. Ir-riċerka tiegħu tiffoka fuq il-morfoloġija, is-semantika, il-lessikografija u d-djaletti tal-Malti. F’Jannar tal-2013 fetaħ il-paġna ta’ Facebook “Kelma Kelma” li tiġbor kurżitajiet lingwistiċi bħall-kelma tal-ġurnata, il-qwiel, it-taqbiliet tat-tfal, u l-logħob bil-kliem. U mill-2014 lil hawn hu wieħed mill-organizzaturi tal-kunċerti “Kelma Kelma Nota Nota” li huma tiżwiqa ta’ umoriżmu, mużika u letteratura Maltija.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta