SEĦER IL-MALTI FIT-TOPONOMASTIKA: IS-SORSI ORALI – Simon Salafia

Screen Shot 2019-11-11 at 00.07.02

Nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru 2019, fis-6.00pm, fis-Sala tal-Perjodiċi tal-librerija tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Simon Salafia se jagħmel taħdita dwar Seħer il-Malti fit-Toponomastika: is-Sorsi Orali.

Din se tkun ir-raba’ attività mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali, proġett immexxi mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta bil-Fondi tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta u bl-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin.

Screen Shot 2019-11-11 at 00.06.41It-taħdita tikkonsisti fi tliet partijiet. L-ewwel parti tagħti ħarsa ġenerali lejn it-toponimi, l-iktar fil-kuntest lokali. It-tieni taqsima tiffoka fuq kif dawn l-ismijiet tal-imkejjen jikxfu, jew jagħtu ħjiel, ta’ kliem Malti li llum ma għadux jintuża. F’din il-parti se jissemmew ukoll ismijiet ta’ persuni li huma wkoll toponimi imma jissejħu antroponimi, u li ma tantx huma magħrufa. Dawn huma ismijiet ta’ xeħta Għarbija, Katalana, Spanjola, Sqallija, u Maltija. L-aħħar taqsima tħares lejn l-importanza tas-sorsi orali, u kif dawn għenu biex tingħata tifsira lil xi toponimi, kif ukoll xeħtu dawl fuq toponomi oħra li mhumiex iddokumentati.

Screen Shot 2019-11-05 at 16.03.55.png

Simon Salafia, studja fl-iskola tal-Gvern tar-Rabat u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa fl-Inġinerija Elettrika u studja l-Ispanjol fl-Università ta’ Salamanca. Għallem l-Ispanjol fiċ-ċentru kulturali Spanjol-Malti, fl-iskejjel tal-Gvern, u fl-Università ta’ Malta. L-interessi u l-passatempi ewlenin tiegħu huma l-ivvjaġġar, u l-Istorja u l-kultura Maltija, l-aktar il-perjodu Medjevali u t-toponomastika. Huwa wkoll gwida liċenzjat u interpretu professjonali.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta

<span>%d</span> bloggers like this: