Il-Faħam Miblul tal-Espressjonijiet

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Jannar 2019, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Martin Morana se jagħmel taħdita fuq “Il-Faħam Miblul tal-Espressjonijiet” bħala parti mill-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn.

It-taħdita se tiffoka fuq in-nisel ta’ ċerti termini u espressjonijiet li l-kelliem kiteb dwarhom fit-tliet kotba li ppubblika u dwar kliem ġdid ieħor (verament kliem antik) li skopra dan l-aħħar minn diversi sorsi. Il-kelliem se juri kif ċertu kliem infilsa ruħu fit-tessut tal-lingwa u sar parti mil-lingwaġġ, u kif kultant bidel it-tifsira tiegħu matul is-sekli.

Martin bl-ingravata 8912_nMartin Morana studja l-Liċeo u ggradwa b’Baċellert fl-Arti fl-Istorja mill-Università ta Malta. Ħadem għal bosta snin fid-Dipartiment tal-Mużewijiet statali. Imbagħad, għal 28 sena sħaħ kien impjegat fdiversi karigi mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.

It-tliet kotba li kiteb dwar l-oriġini u t-tifsir ta kliem, proverbji, espressjonijiet u idjomi popolari Maltin huma Bejn Kliem u StorjaAra XInt Tgħid u Biex il-Kliem Ikun SewKtieb ieħor tal-istess awtur, imma din id-darba bl-Ingliż, huwa Maltese Humour But Seriously. Dan jittratta l-umoriżmu Malti, ta’ dari u tal-lum. Martin Morana ppubblika wkoll żewġ monografi, wieħed dwar l-Ipoġew ta Ħal Saflieni u l-ieħor dwar Għar Dalam. Illum jaħdem bħala gwida liċenzjat tat-turisti fdiversi lingwi.

 

Kulħadd Iqabbel kif Jaqbillu: Lejla ta’ Limerikki

It-Tlieta 8 ta’ Jannar 2019, 6.00pm, “Kulħadd Iqabbel kif Jaqbillu. Lejla ta’ Limerikki,” il-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, Tal-Qroqq. Koordinazzjoni ta’ Rita Saliba, bis-sehem ta’ għadd ta’ qabbiela: Beverly Agius, Elisa June Campell, Emmanuel Attard Cassar, u George Cassar. Jinqraw ukoll limerikki ta’ Anton Buttigieg, Dwardu Ellul, Guido Lanfranco, u Maurice Mifsud Bonnici.

Inħeġġu lil dawk li se jattendu biex jaqraw il-limerikki tagħhom.

Anton_Buttigieg
Anton Buttigieg

Fid-Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji (PEG 1996), Oliver Friggieri jgħid li “l-limerikk (jew kif hemm min jgħid, il-limerikka) huwa kitba versifikata magħmula minn ħames versi anapestiċi; l-ewwel, it-tieni u l-ħames vers fihom tliet piedi anapestiċi u jirrimaw; it-tielet u r-raba’ vers għandhom żewġ piedi anapestiċi u jirrimaw bejniethom. Mit-tagħqida ta’ tliet trimetri u żewġ dimetri, marbutin flimkien bir-rima, toħroġ il-melodija ritmika unika tal-limerikk. Xi drabi l-ewwel u l-aħħar vers jirrimaw l-istess kelma bejniethom. Il-limerikk jista’ jinstab miktub b’xi tibdil żgħir minn dan il-mudell.

Iż-żewġ ġabriet ewlenin ta’ limerikki bil-Malti jinsabu f’Ejjew Nidħku Ftit! (1962) u Ejjew Nidħku Ftit Ieħor (1965) ta’ Anton Buttigieg. L-argument tiegħu huma meħudin mill-esperjenza ta’ kuljum u aktarx ipinġu ironikament il-karattru ta’ persuna skont xejra waħda ewlenija. Il-forma tal-limerikki tiegħu hi aktarx narrattiva.”

Kien hemm darba xiħ min-Nadur
li waħħal fuq rasu pinnur,
minn fejn ġej ir-riħ
jaf dejjem ix-xiħ
u jimxu kif jgħidlu l-pinnur.

Anton Buttigieg

DwarduEllul
Dwardu Ellul

Dwardu Ellul (1894–1983) kien diplomatiku, politiku, umanista u poeta Malti. F’Malta hu l-aktar magħruf għall-parti li ħa fin-negozjati mal-Gvern Ingliż dwar is-sehem li kellha tieħu Malta mill-Marshall Aid. Ellul huwa wkoll magħruf għax-xejra anti-klerikali tiegħu. Fuq ix-xena internazzjonali, Ellul kien involut fil-konferenzi tal-paċi ta’ Brussell, Konferenza ta’ Pariġi, Milan u Ġinevra (1919–1922) bħala s-segretarju għar-relazzjonijiet barranin fil-League of Nations Union, Londra. Fl-1946 irċieva l-ordni Chevalier de la Légion d’honneur mill-gvern Franċiż.

Il-kotba tiegħu huma dawn: Merry-Go-Round, a Kind of Poem, London, O. F. Boehringer, 1937; The Primrose Path: Poems for Optimists, The Frederick Printing Press Company Ltd, London, 1939; Arctic Conditions – Sonnets, The Frederick Printing Press Company Ltd, London, 1942; Ajsbergs (Icebergs) – Mitt Mini-Poema, Union Press, 1977;u Lejn is-sema bid-daħka: epigrammi taʼ Dwardu Ellul miġbura minn Eugene P. Sapiano, Sensiela Kotba Soċjalisti, Malta: Partit tal-Ħaddiema, 1984.

ċajt bil-Limerikki.jpg

Guido Lanfranco (1930) huwa figura ewlenija fl-istudju ta’ bosta oqsma tal-kultura u l-ambjent naturali Malti, fosthom il-folklor. Fost il-kotba li ppubblikahemm Guide to the Flora of Malta (1955, 1960); Maltese Mammals (1969); Field Guide to The Wild Flowers of Malta (1969, 1977); Complete Guide to The Fishes of Malta (1958, 1965, 1974); Il-Ħut Madwar Malta – The Fish Around Malta (2009); Duwa u Semm fil-Ħxejjex Maltin (1975); The Fish Around Malta (1993, 1996); Ħxejjex Mediċinali u Oħrajn (1993, 2000); L-Istorja tat-Trasport F’Malta (1999, 2002); L-Istatwi Titulari u l-Istatwarji Tagħhom (1999); Drawwiet u Tradizzjonijiet Maltin (2001 (darbtejn), 2002, 2012); Mediċina Popolari tal-Imgħoddi fil-Gżejjer Maltin (2001); Xogħol, Ġaħġiħ u Snajja’ li Spiċċaw (2002, 2003); Ħajjitna fl-Imgħoddi (2004); Folklor, ġabra ta’ kitbiet minn membri tal-Għaqda Maltija tal-Folklor (edit.) (2004); Drawwiet u Ħajja mill-Istorja ta’ Malta (2005); Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin (2006); Malta: Bejn Storja u Drawwa (2007); Nagħrfu l-Leġġendi Maltin (2008); Fjuri Slavaġ Maltin (2007); Ċajt bil-Limerikki (2008); Il-Ħut Madwar Malta / The Fish Around Malta (2009); Żwieġ, Twelid u Mewt… Drawwiet u Tradizzjonijiet (2011), u Minn Fomm il-Poplu (KKM 2017) li fih il-Maltin jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom dwar il-ħajja Maltija kif kienet fl-ewwel nofs tas-Seklu Għoxrin.

L-Ghanja-Tal-Limerikki-intaffu-d-dwejjaq-416x520.jpg

Maurice Mifsud Bonnici, awtur ta’ L-Għanja tal-Limerikki. Intaffu d-Dwejjaq (2007), jitkellem fuq il-limerikk f’din l-intervista ma’ Patrick J. Sammut. L-awtur jgħid li l-limerikk huwa poeżija ta’ ħames versi bir-rima bejn l-ewwel, it-tieni u l-ħames u rima differenti bejn it-tielet u r-raba’. “L-ewwel, it-tieni u l-ħames vers huma vrus tad-disgħa bi tliet aċċenti ritmiċi (trimetri) ta’ tliet sillabi kull wieħed, u t-tielet u r-raba’ vers huma vrus tas-sitta b’żewġ aċċenti (dimetri) ta’ tliet sillabi kull wieħed.” Maurice Mifsud Bonnici jgħid li għażel li jikteb il-limerikki għax huma taqbiliet ħfief u divertenti. “Is-saħħa tal-limerikk” jinsab “fl-aċċent ritmiku tat-tliet sillabi u fil-kontenut u r-rima tal-ħames vers.”

It-tradizzjoni tal-limerikka ġejja mil-letteratura Ingliża. A fixed light-verse form of five generally anapestic lines rhyming AABBA. Edward Lear, who popularized the form, fused the third and fourth lines into a single line with internal rhyme. Limericks are traditionally bawdy or just irreverent; see “A Young Lady of Lynn” or Lear’s “There was an Old Man with a Beard.”

There was an Old Man with a beard,
Who said, It is just as I feared!
Two Owls and a Hen,
Four Larks and a Wren,
Have all built their nests in my beard!

Edward Lear

There was a young lady of Lynn,
Who was so excessively thin.
That when she assayed,
To drink lemonade,
She slipped through the straw and fell in.

Anonima