Ninnamraw mal-Għasafar – Dr Natalino Fenech

It-Tlieta 10 ta’ Marzu 2020, fis-6.00pm, fil-librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Dr Natalino Fenech se jagħmel taħdita bit-tema Ninnamraw mal-għasafar, jew l-għasafar f’ħajjitna.

Robin

Din se tkun l-għaxar taħdita ta’ din is-sena akkademika tal-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali, li qed jitmexxa mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta bil-Fondi tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta u bl-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin.

It-taħdita se tittratta l-influwenza tal-għasafar f’kull qasam ta’ ħajjitna b’enfasi fuq l-impatt fuq il-lingwa, il-letteratura, il-laqmijiet, l-espressjonijiet, l-għajdut u l-qwiel li wħud għadhom jintużaw waqt li oħrajn inbidlu jew mietu maż-żmien. Dr Fenech se jiddiskuti wkoll l-ismijiet tal-għasafar u l-oriġini tagħhom.

 

dr natalino fenech
Dr Natalino Fenech

 

Natalino Fenech ilu jagħmel ricerka fil-qasam tal-ornitoloġija sa mis-snin 80 u jispeċjalizza kemm fix-xjenza ornitoloġika, l-istudju tal-għasafar, kif ukoll l-etno-ornitoloġija, l-istudju tar-relazzjoni tal-bniedem mal-għasafar f’kull aspett tal-hajja.

Dr Fenech iggradwa mill-Università ta’ Malta u kiseb dottorat fix-xjenzi soċjali mill-Università ta’ Durham. Huwa ippubblika għadd ta’ artikli akkademiċi u kotba li tnejn minnhom rebħu t-taqsima tar-riċerka tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.


Public Talk on Falling in Love with Birds

On Tuesday 10 March Dr Natalino Fenech shall be giving a talk in Maltese entitled “Ninnamraw mal-għasafar, jew l-għasafar f’ħajjitna” (Falling in love with birds, or birds in our lives).

wizzu laqam_5023

This talk is part of the Oral Traditions project of the Department of Maltese in the Faculty of Arts which is supported by the Research Fund of the University and Klabb Kotba Maltin.

The speaker will discuss the influence birds have on all aspects of our lives with an emphasis on the impact on language, literature, nicknames as well as expressions
and proverbs, some of which are still in use. Bird names and their origins will also be discussed.

NAT_4101

Natalino Fenech has been involved in scientific studies of birds since the 1980s. Apart from ornithological research, he is also specialised in ethno-ornithology,
which studies the relationship and interactions between birds and people in all aspects of life.

Dr Fenech graduated from the University of Malta and obtained a PhD in social sciences from the University of Durham. He has published several papers as well as books, two of which won the first prize in the research category in the National Book Awards.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta