Rakkont Ħaj – Tifkiriet tal-Imqabbin

L-Erbgħa, 21 ta’ Marzu, 3.00pm, Rakkont Ħaj – Tifkiriet tal-Imqabbin. Kif jinġabru u jixxandru t-tradizzjonijiet orali, Atriju Vassalli, l-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus organizzat mill-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Din hija preżentazzjoni dwar kif twettaq il-Proġett Rakkont Ħaj li sar minn grupp ta’ żgħażagħ li jiffurmaw il-Kummissjoni WEB fi ħdan is-
Socjeta’ Santa Marija u Banda Re Gorg V, Mqabba (Malta). Iż-żgħażagħ se jispjegaw kif tnissel il-ħsieb, x’mezzi ta’ teknoloġija użaw, kif għażlu n-nies li intervistaw, il-postijiet fejn ġibdu l-filmati, u l-għajnuna finanzjarja li kisbu biex iwettqu l-proġett. Se jintwerew filmati ta’ rakkonti ta’ avvenimenti storiċi u snajja’ marbuta mar-raħal tal-Imqabba, u dawk li jiftakru lil dan ir-raħal fi żminijiet oħra. F’din is-sessjoni ser joħroġ id-djalett Imqabbi u ser jintwera kif iż-żgħażagħ żewqu l-kultura tar-raħal tal-Imqabba mat-teknoloġija, żewġ temi għal qalbhom.

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, u se jittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Marzu, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, minn tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.


This is a presentation about how the Rakkont Ħaj project came to be. It will be delivered by a group of teenagers who make part of the Commission WEB in the Mqabba Soċjetà Santa Marija and Banda Re Ġorġ V. They shall be discussing where the idea came from, what means of technology were used, how the interviewees were chosen, the places the videos were filmed in, as well as the financial help that they received to carry out this project. Some videos portraying the narratives of historical events and trades related to the village of Imqabba and the people who remember the village in a different time will be shown. In this session the Mqabba dialect will also come through, as well as the collaboration of the Mqabba culture with technology, two themes close to the participants’ hearts.

The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti and will happen between March 21 and 23, kicking off daily at 9.00 am with back-to-back activities planned until 4.00 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta