Ir-Riħ fil-Qala’ – Joe Morana

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru 2019, fis-6.00pm, Joe Morana se jagħmel taħdita dwar “Ir-Riħ fil-Qala’,” fil-Mużew Marittimu, il-Birgu.

Heritage.jpgDin it-taħdita mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta se ssir bi sħab mal-Mużew Marittimu ta’ Heritage Malta u bħala parti mill-programm ta’ Birgufest.

L-attività hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn.

Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti jirringrazzja lill-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u lill-Klabb Kotba Maltin għall-għajnuna tagħhom f’dan il-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali li issa daħal fir-raba’ sena tiegħu. Din it-taħdita ta’ Joe Morana se tkun l-ewwel waħda għal din is-sena akkademika.

Il-gżejjer Maltin sa mill-qedem kienu magħrufin u apprezzati għall-pożizzjoni strateġika tagħhom f’nofs il-bahar Mediterran, kemm mil-lat navali militari, kif ukoll mil-lat tat-tbaħħir kummerċjali. Għalhekk ġew okkupati jew maħkuma minn ġnus merkanti u potenzi militari varji.

Matul is-sekli, il-komunikazzjoni ta’ dawn il-gżejjer ma’ pajjiżi ġirien kienet tiddependi għalkollox minn bastimenti u bċejjeċ tal-baħar armati bil-qlugħ ta’ diversi għamliet u qisien li jvarjaw skont l-iskop rispettiv tagħhom. Intużaw kemm għat-traġitt bejn il-gżejjer Maltin u kemm għas-sajd.

F’din it-taħdita Joe Morana jħares fuq fuq lejn l-evoluzzjoni ta’ bċejjeċ u opri tal-baħar bil-qlugħ li kienu jbaħħru bejn il-Gzejjer Maltin u lil hinn minnhom. Il-kelliem se jippreżenta t-terminoloġija Maltija biex jagħti tagħrif dwar il-prinċipji bażiċi ta’ kif titħaddem dgħajsa bil-qlugħ u ħwejjeġ relatati.

615798_429835800386032_206331278_o (3)

Fi żminijietna l-qlugħ m’għadux jintuża fuq bastimenti, bċejjeċ u opri tal-baħar li jbaħħru għal skopijiet kummerċjali u essenzjalment huwa limitat għal attivitajiet rikreattivi jew sportivi. F’dan il-kuntest, fit-tahdita tiegħu Joe Morana se jagħti ħarsa ukoll lejn l-ibburdjar bil-frejgatini tal-latin u lejn x’għad fadal mill-opri tal-baħar Maltin imħaddma bil-qlugħ tradizzjonali.

Wieħed mill-għanijiet tat-taħdita huwa li tixpruna aktar riċerka u jiġu ppubblikati aktar xogħlijiet bil-Malti dwar is-snajja’ tal-baħħara u xogħlijiet u ħwejjeġ oħra relatati mal-attività marittima ta’ pajjiżna.

36616246_10216201371451820_6513898330559348736_n (1)

Joe Morana, mill-Birgu, twieled fl-1956 u ħa l-edukazzjoni formali tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Birgu u l-Iskola Sekondarja ta’ San Gużepp, Raħal Ġdid. Studja wkol fl-Università ta’ Malta fejn  kiseb Diploma in Labour Studies u Diploma fin Marketing. Imbagħad għamel Masters fit-Training and Human Resources Management mal-Università ta’ Leicester. Joe Morana ħadem f’diversi karigi u dipartimenti fis-Servizz Pubbliku u għal xi żmien kien uffiċjal fi trade union ewlenija. Illum rtira mix- xogħol formali.

L-ibburdjar hu fost l-interessi ewlenin tiegħu u ilu jipprattika din id-dixxiplina għexieren ta’ snin. Għandu esperjenza sew fl-ibburdjar sportiv (regatta) u rikreattiv, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. F’dawn l-aħħar snin żviluppa interess u kiseb esperjenzi fuq opri tal-bahar Taljani bil-qlugħ latin tradizzjonali f’numru ta’ lokalitajiet fi Sqallija u f’reġjuni oħrajn tal-Italja.


 

Joe Morana’s public talk on Sailing Boats and Techniques

On Friday 11th October, at 6.00pm, Joe Morana is giving a public talk in Maltese on traditional sailing boats and sailing techniques  entitled “Ir-Riħ fil-Qala’” at the Maritime Museum in Birgu. This event is part of the Oral Traditions project of the Department of Maltese at the University of Malta, which is now in its fourth year, and coincides with the 2019 edition of Birgufest.

11737924_10152910276041389_7753319131943811434_n

The talk, which is being held in collaboration with Heritage Malta, is open to the general public and entrance is free. The Oral Traditions project is supported by the Research Fund of the University of Malta and by Klabb Kotba Maltin.

The speaker will be looking briefly at the evolution of sailing vessels that travelled both between the Maltese Islands and beyond. He will be presenting the terminology in Maltese and looking at ways these ferries or fishing vessels operated.

Joe Morana, who was born in Birgu in 1956, has diplomas in Labour Studies and Marketing from the University of Malta and a Masters in Training and Human Resources Management from the University of Leicester. He worked for many years in the public service and was an official in a leading trade union.

He has been a sailing enthusiast for decades and has been part of crews on sailing boats in Malta and abroad. In recent years he has carried out research on lateen sails in Malta and Sicily and other parts of Italy.


 

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta