Joe Sciberras

Din hija intervista ta’ Theresa Gauci ma’ Joe Sciberras li xxandretJoe Sciberras il-Basli it-Tnejn, 8 ta’ April 2019 dwar it-taħdita ‘‘Il-Basli Jirrakkonta x-Xagħra l-Ħamra 1881-2019″ li se ssir nhar it-Tlieta, 9 ta’ April 2019, fis-18:00 fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq bħala parti mill-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università.

It-taħdita se tiffoka fuq ir-riċerka ta’ Joe Sciberras dwar it-tqassim tal-artijiet fix-Xagħra l-Ħamra li beda għall-ħabta tal-1881. Sciberras se jitkellem ukoll fuq l-ismijiet li hemm l-irdum li jintużaw mis-sajjieda, il-bdiewa u l-kaċċaturi, imma li mhuma mniżżlin fuq ebda pjanta. Bħala isem, anki “x-Xagħra l-Ħamra” ma jidher imkien fid-dokumenti u l-pjanti: minflok hemm żewġ ismijiet għal oqsma biswit xulxin, ix-Xagħra ta’ Għajn Żnuber u x-Xagħra tal-Kortin. Joe Sciberras għandu jitkellem fuq in-nisel ta’ dan l-isem li jeżisti biss fit-tradizzjoni orali.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta