L-Ismijiet tal-Widien: is-Sorsi Orali – Simon Salafia

Nhar it-Tlieta 18 ta’ Frar  2019, fis-6.00pm, Simon Salafia se jagħmel taħdita dwar “L-Ismijiet tal-Widien: is-Sorsi Orali,” fis-sensiela ta’ taħditiet fuq it-Tradizzjoni Orali. Din l-attività se ssir fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq.

Din se tkun id-disa’ taħdita ta’ din is-sena akkademika tal-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali, li qed jitmexxa mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta bil-Fondi tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta u bl-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin.

Fl-ewwel taqsima, Simon Salafia se jħares lejn kif jissawru t-toponimi li jinġabru minn fomm in-nies u jippreżenta kliem bil-Malti li rari jintuża. Fit-tieni taqsima ser jitkellem dwar is-sorsi orali u l-importanza tagħhom fit-tiftix ta’ iktar toponimi. Se jsemmi ismijiet ta’ widien li l-uniċi sorsi tagħhom kienu orali. Fit-tielet taqsima l-kelliem se jipproponi xi inizjattivi biex dawn l-ismijiet ma jintilfux mill-memorja kollettiva tal-ġens Malti. Wara t-taħita jkun hemm il-ħin għad-diskussjoni ma’ dawk preżenti.

 

DSC_0943
Simon Salafia waqt it-taħdita li għamel f’Novembru 2019 (Ritratt ta’ Adrian Grima)

 

Simon Salafia, studja fl-iskola tal-Gvern tar-Rabat u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa fl-Inġinerija Elettrika u studja l-Ispanjol fl-Università ta’ Salamanca. Għallem l-Ispanjol fiċ-ċentru kulturali Spanjol-Malti, fl-iskejjel tal-Gvern, u fl-Università ta’ Malta. L-interessi u l-passatempi ewlenin tiegħu huma l-ivvjaġġar, u l-Istorja u l-kultura Maltija, l-aktar il-perjodu Medjevali u t-toponomastika. Huwa wkoll gwida liċenzjat u interpretu professjonali. F’Novembru 2019, fis-Sala tal-Perjodiċi tal-librerija tal-Università ta’ Malta, Simon Salafia għamel taħdita dwar Seħer il-Malti fit-Toponomastika bħala parti mis-sensiela ta’ taħditiet fuq It-Tradizzjoni Orali. Kienet taħdita li qanqlet ħafna interess fost dawk preżenti.


Public Talk on the Names of Valleys

On Tuesday 18 February 2020, Simon Salafia is giving a public talk in Maltese in the Library of the Faculty of Arts at the University of Malta on “Oral Sources for the Names of Valleys in Malta and Gozo.” The talk starts at 6.00pm.

 

DSC_0960
Simon Salafia during his talk in November 2019 (Picture by Adrian Grima)

 

This talk is part of the Oral Traditions project of the Department of Maltese in the Faculty of Arts which is supported by the Research Fund of the University and Klabb Kotba Maltin.

Mr Simon Salafia will be talking about how toponyms are collected from oral sources and how these names contribute to studies about the landscape of the Maltese islands and our national language. In his talk, the speaker will also propose ways of preserving these names which are part of our collective memory but risk being lost because they have never been written down.

Simon Salafia graduated as an electrical engineer from the University of Malta. He then studied Spanish at the University of Salamanca in Spain. He is passionate about travelling and about Maltese history and culture, especially the Medieval period. He has been carrying out fieldwork on placenames in the Maltese islands for many years. He is a licensed guide and professional interpreter. In November 2019 he gave a well-received talk on toponyms at the University of Malta main library as part of the Oral Traditions project.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta