IR-RAKKONT ORALI MIT-TRADIZZJONI SAD-DRAMMATURĠIJA KONTEMPORANJA

Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Ottubru, bejn il-5.00pm u s-7.00pm, Massimo Barilla u Salvatore Arena se jmexxu workshop speċjali dwar ir-rakkont fil-pubbliku. Massimo u Salvatore għandhom esperjenza kbira fit-tmexxija ta’ workshops bħal dawn u ħadmu ħafna kemm fuq ir-rakkont popolari kif ukoll fuq it-teatru kontemporanju.

Il-workshop jismu “Ir-Rakkont Orali mit-tradizzjoni sad-drammaturġija kontemporanja.” Ix-xewqa tagħna hi li nħajru lil dawk li huma interessati biex jibdew jesperimentaw bir-rakkontar fil-pubbliku.

Biex tinkitbu għal dan il-workshop mingħajr ħlas, iktbu lil Yanika Schembri Fava jew Rita Saliba  f’dawn l-indirizzi:

Rita Saliba <ritabusu@gmail.com>

Yanika Schembri Fava <yanika.schembri-fava.13@um.edu.mt>

Jista’ jinkiteb kulħadd. Il-workshop se jkun bit-Taljan u l-Malti. M’hemmx għalfejn tkun taf bit-Taljan biex tieħu sehem.

Is-Sibt, 26 ta’ Ottubru, fit-8.30pm, Valletta Campus

Jumejn wara, is-Sibt 26 ta’ Ottubru, fit-8.30pm, fit-teatru tal-Valletta Campus, Massimo u Salvatore se jippreżentaw ix-xogħol teatrali (bit-Taljan u l-Ingliż) li qed jinħadem f’għadd ta’ pajjiżi bl-isem ta’ Come un granello di sabbia (Like a grain of sand). Tistgħu tiksbu l-biljetti minn https://www.kultura.mt/en/events/like-a-grain-of-sand-NDUx

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta