Il-Kelma fil-Komunità

‘Il-Kelma fil-Komunità’ huwa proġett ta’ riċerka fi ħdan il-proġett akbar dwar ‘It-Tradizzjoni Orali’ tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Bħala parti minn dan il-proġett saru intervisti ma’ persuni li taw xhieda ħajja tat-tradizzjoni orali. Il-materjal miġbur mill-intervisti qiegħed online fuq is-siti tal-Università, kif ukoll fuq mezzi soċjali oħra bħal YouTube u Facebook biex ikun aċċessibbli għal aktar riċerka u studju.

 

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta