Nhar it-Tnejn 30 ta’ Mejju 2022, fis-6pm, “Jaqaw Ġej biċ-Ċajt?”, serata taċ-ċajt fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, fl-Università ta’ Malta. Jieħdu sehem Trevor Żahra u Vince Piccinino, b’intervent ta’ Thea Farrugia li rriċerkat iċ-ċajt għat-teżi tal-Baċellerat tal-Arti fil-Malti taħt is-superviżjoni ta’ Dr Michael Spagnol.
Ejjew u rrakkontaw ċ-ċajt tagħkom! Dawk li jixtiequ jattendu għandhom jibagħtu email fuq adrian.grima@um.edu.mt jew yanika.schembri-fava.13@um.edu.mt biex jirriservaw post.
Din l-attività hija parti mis-sensiela tal-proġett It-Tradizzjoni Orali mmexxija mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Ħafna drabi nidħqu għax ma nkunux qed nistennew biex ħiereġ min ikun qed jirrakkonta ċ-ċajt. Hemm element ta’ sorpriża li biex tasal għalih b’suċċess, teħtieġ ċerta attenzjoni. Għalhekk, mhux kulħadd jaf jirrakkonta ċ-ċajt.

Iċ-ċajt mhux taċ-ċajt! Meta konna l-Kulleġġ, Trevor u jien (Vince) kellna ħabib tagħna li kien iħobb jgħid hekk: “Jien kollox biċ-ċajt nieħu; iċ-ċajt biss nieħu bis-serjetà!”