Taħnin

Din hija ġabra ta’ taħniniet li nġabru minn sorsi varji:

TaqbilaTagħrif
Orqod, binti, orqod
Fil-bennena tal-ħarir…
Naam!
Dik ommok il-Madonna, Missierek Ġesù Bambin…
Naam!
II-Folklore Malti (1975), Ġ. Cassar Pullicino  

Tinstema’ wkoll fl-album Folkways:
https://tradizzjoniorali.org/folkways/
Orqod, orqod, ibni, orqod, Fil-benniena tal-ħarir,           
Laam
Dik ommok il-Madonna, Missierek Ġesù Bambin.        
Laam    …   Laam
Tinstema’ fil-programm Tisqifa għall-għana aħjar 15: https://soundcloud.com/user-234271870/tisqifa-ghall-ghana-taghna-15  

Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali li saret it-Tlieta 7 ta’ Lulju 2020. https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella  

Intervista ma’ Stephania Azzopardi bħala parti mill-proġett dwar il-Kelma fil-Komunità li saret it-Tnejn 25 ta’ Novembru 2019. https://soundcloud.com/user-234271870/stephania-azzopardi-tahnin
Ħa norqod għax għajjejt,
U għalhekk fis-sodda ġejt, Biss mela ħa ntenniha,
It-talba ta’ filgħaxija:  

Anġlu tiegħi ejja qrib, Madonna ejja ħdejja
Sa xħin nagħlaq għajnejja, Qaddis islifni ismek,
Ħarisni minn kull dnub, Ismagħni San Alwiġi,
Qaddis tat-tfal maħbub.
Tinstema’ fil-programm Mitkellma.:
https://fb.watch/v/14h1H65Mn/
Ninni, la tibkix iżjed,
Ninni, Ġesù Bambin,
Ħallih għalina l-biki,
Għax aħna l-midinbin.
II-Folklore Malti (1975), Ġ. Cassar Pullicino  

Tinstema’ wkoll fil-programm Mitkellma:
https://fb.watch/v/14h1H65Mn/
Ninni, la tibkix iżjed,
Ninni, Ġesù Bambin;
Ħalli għalina l-biki
Għax aħna midinbin.  

Ejjew, ejjew, ja Anġli,
Mis-sema mija mija,
Taraw ’l Alla li ħalaqkom Bambin ġewwa l-fisqija.  

Ejjew, taraw b’għajnejkom
Lil dan Alla tal-ħniena, Bambin sabiħ u ħelu,
Ininni ġol-benniena.  
Ħallu, ragħajja, ħallu
Il-merħla tan-nagħġiet,

Tibżgħux min jindokrahom Hemm l-Anġli tas-smewwiet.  Ħallu, w ejjew taraw.
Fil-Grotta l-ġid li ġiena: Hawn Alla Bambin ċkejken Ininni ġol-benniena.  

Ejjew, slaten tad-dinja,
Imma mingħajr kburija, Taraw min halaq kollox Magħmul ċkejken tarbija. Dan Alla dejjem ħabbna,
Dan Alla qatt ma nsiena,
Il-ħlewwa araw Ii biha
Ininni ġol-benniena.  

Sar bniedem, sar tarbija,
Biex jiġbed il-qlub tagħna, Sabiex jeħodna miegħu Għalhekk ġie joqgħod magħna.  

Marija, Iil dan ibnek,
O kemm inħobbu jiena! Ħallini, ħelu ħelu,
lnxejru ġol-benniena.  
Lam !… O għana tas-Sema! Lam ! … O Ġesù ħanin;
Lam ! … O hena tad-dinja
Lam ! … O Ġesù Bambin!  

Ġesù, dal-biki tiegħek Inħossu jġibli ħniena,
Ninni, la tibkix iżjed,
Ninni ġewwa l-benniena.
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino
Orqod, binti, orqod,
Qalb il-ward u l-ġiżimin…
II-Folklore Malti (1975), Ġ. Cassar Pullicino
Orqod ibni, orqod ibni,
Qalb il-ward u l-ġiżimin,                      
Laam
Dik ommok il-Madonna,
Dak missierek il-Bambin.                      
Laam    …   Laam                   
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali:
https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Orqod, ibni, orqod,
Biex ngħattik bix-xugaman; -Matri, ma nistax norqod, Għax nftakar fil-musmar.
II-Folklore Malti (1975), Ġ. Cassar Pullicino  

Tinstema’ wkoll fl-album Folkways: https://tradizzjoniorali.org/folkways/  

Tinstema’ fil-programm Tisqifa għall-għana aħjar 15:
https://soundcloud.com/user-234271870/tisqifa-ghall-ghana-taghna-15
Orqod, ibni, orqod,
Biex ngħattik bin-nofs maktur;
– Matri, ma nistax norqod, Għax niftakar fid-dulur.
II-Folklore Malti (1975), Ġ. Cassar Pullicino  

Tinstema’ fil-programm Tisqifa għall-għana aħjar 15: https://soundcloud.com/user-234271870/tisqifa-ghall-ghana-taghna-15
Orqod, orqod, ibni, orqod, Ngħattik bin-nofs maktur,         
Laam
Matri, ma nistax norqod, Għax niftakar fid-dulur.               
Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Orqod, orqod, ibni, orqod, Biex ngħattik bix-xugaman. Laam    …   Laam
Le, Matri, ma nistax norqod, Għax niftakar fil-musmar.         
Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Orqod, ibni, orqod,
Fil-benniena tal-ħarir,
Dik Ommok il-Madonna,
U Missierek San Ġwakkin.
II-Folklore Malti (1975), Ġ. Cassar Pullicino  

Tinstema’ wkoll fil-programm Mitkellma. https://fb.watch/v/14h1H65Mn/
Orqod ibni, orqod ibni, Biex la tikber tmur l-iskola,                   
Laam Illibbsek il-libsa bajda, U minn fuqha polka vjola.                       
Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Il-ħrieqi ta’ Ġesù Kristu, Minxurin fuq il-gazzija,                  
Laam
Ġużeppi jbennen u jħannen, Marija ġġiblu l-fisqija.                    
Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali. https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella  

Tinstema’ fil-programm Tisqifa għall-għana aħjar 15: https://soundcloud.com/user-234271870/tisqifa-ghall-ghana-taghna-15
Il-ħrieqi ta’ Ġesù Kristu, Minxurin fuq il-ħaxix,                      
Laam
Min iġerri wara Kristu,
Minn midneb isir qaddis.                
Laam    …   Laam  
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella  

Tinstema’ fil-programm Tisqifa għall-għana aħjar 15: https://soundcloud.com/user-234271870/tisqifa-ghall-ghana-taghna-15
Il-ħrieqi ta’ Ġesù Kristu, Minxurin fuq ir-riħana,                    
Laam
Ġużeppi jbennen u jħannen, U Marija bih ferħana.                        
Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Il-ħrieqi ta’ Ġesù Kristu, Minxurin fuq il-ħurtan,                      
Laam
Il-Madonna tħoll u tfisqi, San Ġużepp x’inhu ferħan.                  Laam    …   Laam  
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Ejjew Anġli tas-Sema,                               
Laam
Ejjew wieħed u ħamsin, Biex teħduli lil ibni magħkom,                 
Laam    …   Laam
Biex tgħallmuh il-Matutin.
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Ejjew Anġli tas-Sema, Ejjew intom mija mija,                                Laam
Ħuduli lil ibni magħkom, Tgħallmuhuli l-Litanija.                              
Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Ejjew Anġli tas-Sema, Ejjew erwieħ beati,                                      
Laam
Ifirħu b’ninu tiegħi, Għax ruħu ’l Alla irid jagħti.                          Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Li kont naf dak ngħasek fejn hu, Kemm kont niġri mmur għalih,                    
Laam
Ġewwa karta bajda nsorru, Lil ibni ċkejken jien intih.                               
Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Ejja, ngħasu, ejja, Ejja mill-bogħod għajjien,                               
Laam Biex traqqadli ‘l ibni ċkejken, Ħalli minnu nistrieħ jien.                                 
Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Li kont naf is-sabar fejn hu, Kont ngħidlu: “Sabar, sabbarni!”                    
Laam
Is-sabar b’idejja nieħdu, Għax ħabbejt lil min ħaqarni.                           
Laam    …   Laam
Intervista ma’ Marlene Mifsud Chircop bħala parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali: https://soundcloud.com/user-234271870/marlene-mifsud-chircop-ongi-ongi-ongella
Orqod, ħanini, orqod,
U xejn m’għandek għaġġla tqum;
Niffranka l-ħasil tal-ħrieqi, Barra x-xiri tas-sapun.
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino
Traponzu sejjer jorqod,
Di preċettu fil-benniena,
Inti, dgħajsa, raqqaduli
U ejja minn wara l-bejt;
Xħin tiġi w itraqqaduli
Erġa’ mur minn fejn tkun ġejt.
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino
Imbierek il-.Bambin,
Kemm hu ħelu u ħanin! Imberkin dawk id-disa’ xhur Li dam il-Bambin ġol-ġuf!
U dak ix-xagħar li għandu,
Il-Madonna dafritulu:
Kemm kien iferraħha ‘l Ommu
Bil-kliem tal-ħelu fommu! Minn fommu ħierġa l-ħlewwa:
Imbierek dak is-sider
Għax rabba s-sultan tas-Sewwa.
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino
Orqod, ibni, orqod,
Fil-benniena tal-ħarir;
Dik ommok il-Madonna
Dak missierek San Ġwakkin.  

Orqod, ibni, orqod,
Biex ngħattik bix-xugaman! Matri, ma nistax norqod, Għax niftakar fil-musmar.  

Orqod, ibni, orqod,
Ngħattik bin-nofs maktur. Matri, ma nistax norqod Għax niftakar fid-dulur.  

Il-ħrieqi ta’ Ġesù Kristu Minxurin fuq il-gazzija, Ġużeppi jbennen u jħannen Marija ġġiblu l-fisqija.  

Il-ħrieqi ta’ Ġesù Kristu Minxurin fuq il-ħaxix,
Min iġerri wara Kristu
Minn midneb isir qaddis.  

Il-ħrieqi ta’ Ġesù Kristu Minxurin fuq ir-riħana, Ġużeppi jbennen u jħannen U Marija bih ferħana.   I

l-ħrieqi ta’ Ġesù Kristu Minxurin fuq il-ħurtan;
ll-Madonna tħill u tfisqi,
San Ġnżepp x’inhu ferħan!  

Orqod, ibni, orqod,
Qalb il-ward u l-ġiżimin;
Dik ommok il-Madonna  
Dak missierek il-Bambin.  

Orqod, ibni, orqod,
Biex la tikber tmur l-iskola, Illibbsek il-libsa bajda,
u minn fuqu polka vjola.  

Ejjew, Anġli tas-Sema,
Ejjew wiehed u ħamsin.
Biex teħduli ’l ibni magħkom Biex tgħallmuh il-Matutin.  

Ejjew, Anġli tas-Sema.
Ejjew intom, mija mija, Ħuduli ’l ibni magħkom   Tgħallmuhuli l-Litanija.  

Ejjew, Anġli tas-Sema,
Ejjew, erwieh beati,
Ifirhu b'(isem it-tarbija) tiegħi,
Għaliex ruhu ’l Alla jrid jagħti.  

Li kont naf dak ngħasek fejnu
Kemm kont niġri mmur għalih!
Ġewwa karta bajda nsorru  ’L ibni ċkejken niġi ntih!  

Ejja, nagħsu, ejja,
Ejja, mill-bogħod, għajjien; Biex traqqadli ’l ibni ċ-ċkejken,  
Ħalli minnu nistrieħ jien.  

Orqod, ibni, orqod,
Fil-benniena tal-ħarir; Ommok Santa Klara, Missierek Santu Wistin; Ħutek kollha l-Kapuċċini Missierek Ġesù Bambin.
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino
Triegħdet l-art, triegħdu s-smewwiet:
Qallha: “Ommi, sa nisħethom!”
– Qaltlu: . “Ibni, tisħethomx Imħabba l-ħalib li tajtek.”  Qallha: “Ommi, sa nisħethom!”
– Qaltlu: “Ibni, tisħethomx Imħabba t-33 sena li rabbejtek.”
Qallha: “Ommi. sa nisħethom!”
– Qaltlu : “Ibni, tisħethomx Imħabba l-festa li twelidt fiha.”
Qallha: “Ommi, sa nisħethom!”
– Qaltlu: “Ibni, tisħethomx Imħabba l-ħamiem li tgħammidt fih.”
Qallha: “Ommi, sa nisħethom!”
– Qaltlu: “Ibni, tisħethomx Imħabba t-trejbu li qed ngħidlek.”
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino
Ġew is-slaten jadurawh:
Il-baqra tonfoħlu,
In-nagħġa ssaħħnu,
Palma palmata San Ġużepp u l-Lunzjata.  
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino
Nagħdrek, 0 Reġina tal-Martri,
Fis-sitta dulur, meta kont tgħidlu:
“Dal-ħalib li qed nisqik Kollu għad trid tixorbu ħall u mrar Fuq il-Għuda tas-Salib.”  

Nagħdrek, 0 Reġina tal-Martri,
Fis-seba’ u l-aħħar dulur, Meta kont tgħidlu:
“Kemm kont inħobbok u nfisqik!
Issa tinsab mejjet ġo ħdani, Fuq l-Għuda mqaddsa tas-Salib.”  
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino
Qaltlu: “Taranix, ibni, ġejt quddiemek? Għajnejja mtlew bid-dmugħ!”
Qallha: “Mur, Matri, minn quddiemi, Tħallinix narak bid-dmugħ f’għajnejk: X’inhija? – Dir-ruħ devota tiegħek?  – Il-grazzi kollha f’idejk! …”
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino
Dormi, fili, dormi!
Mater Cantat unigenito; Dormi, puer, dormi!
Pater Nato clamat parvulo: Millies tibi laudes canimus Mille, mille, millies.

Dormi, decus et eorona! Dormi, nectar lacteum! Dormi, mater dabo dona, Dabo favum melleum.

Millies tibi laudes canimus,
Mille, mille, millies.
Taħnin u Għana tan-Nieqa (1949), Ġ. Cassar Pullicino

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta