Prof. Manwel Mifsud

Il-Prof. Manwel Mifsud wieħed mill-koordinaturi tal-proġett It-Tradizzjoni Orali u huwa awtorità ewlenija fuq l-Ilsien Malti. Għal ħafna snin kien il-kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università u l-ewwel president tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Kien ukoll is-segretarju tal-għaqda internazzjonali tad-djalettoloġija Għarbija, AIDA (Association Internationale de Dialectologie Arabe), u editur tal-atti tal-konferenzi tagħha. L-oqsma ta’ riċerka li jinteressawh l-aktar huma l-istorja tal-ilsien Malti, il-morfoloġija tiegħu (sinkronika u dijakronika), il-kuntatt bejn l-ilsna, u t-tifsil għal-lingwa. Bil-pubblikazzjoni tal-ktieb Loan Verbs in Maltese: A Descriptive and Comparative Study (Leiden: E.J. Brill, 1995), qiegħed l-istudju tal-morfoloġija mhux Għarbija fuq sisien xjentifiċi. Ilu s-snin imexxi l-programm popolari fuq radju RTK, Seħer il-Malti, u huwa midħla sew tal-qasam tal-mużika popolari.

 

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta