Martin Morana

Din hija intervista ta’ Theresa Gauci ma’ Martin Morana li saret il-Ġimgħa,18 ta’ Jannar 2019 dwar it-taħdita ‘Il-Faħam Miblul  tal-Espressjonijiet‘ li se ssir nhar it-Tlieta, 22 ta’ Jannar 2019, fis-18:00 fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq bħala parti mill-proġett fuq It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università.

It-taħdita se tiffoka fuq in-nisel ta’ ċerti termini u espressjonijiet li l-kelliem kiteb dwarhom fit-tliet kotba li ppubblika u dwar kliem ġdid ieħor (antik) li skopra dan l-aħħar minn diversi sorsi. Il-kelliem se juri kif ċertu kliem infilsa ruħu fit-tessut tal-lingwa u sar parti mil-lingwaġġ, u kif kultant bidel it-tifsira tiegħu matul is-sekli.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta