Techniques and Methods for Collecting Oral Tradition

Nhar it-Tnejn, 10 ta’ Ġunju 2019, fl-10:00 am, fil-kamra VC102 fil-binja tal-IT Services tal-Università ta’ Malta, Dr. Óscar Abenójar se jagħti taħdita dwar Techniques and Methods for Collecting Oral Tradition. Din it-taħdita se ssir bl-Ingliż u hija mmirata għal riċerkaturi u studenti li qed/se jaħdmu fuq qasam mit-tradizzjoni orali.

Dr. Óscar Abenójar għandu dottorat fil-letteratura komparata u speċjalizza fin-Narrattiva u l-Etnografija Orali.  Abenójar jgħallem il-Letteratura Ispanika fl-Università tal-Istudji Barranin ta’ Hankuk (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) u għandu bosta pubblikazzjonijiet marbuta mal-qasam tat-tradizzjoni orali, fosthom: Cuentos populares de la Cabilia (2014); La hermosa Ilona: antología de baladas populares húngaras (2014); La princesa cautiva y el pájaro del viento: mitos y cuentos del norte de Argelia (2015), u La grandas de oro y otros cuentos tradicionales del oasis del Mzab (Argelia) (2016).