The Status of Oral Tradition in the Formation and Evolution of Literary Canons in Algeria: from colonial to post-colonial contexts – Prof. Mourad Yelles

It-Tlieta 21 ta’ Mejju 2019, 6.00pm, il-Prof. Mourad Yelles mill-Inalco ta’ Pariġi se jagħmel taħdita dwar “The Status of Oral Tradition in the Formation and Evolution of Literary Canons in Algeria: from colonial to post-colonial contexts,” fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq.

DSC_0359.JPG

Mourad Yelles għandu esperjenza kbira fil-qasam tal-tradizzjoni orali fil-Mediterran u jaf lil Malta u dan il-proġett tad-Dipartiment tal-Malti sew.

DSC_0379.JPG

Il-Prof. Yelles speċjalizza fil-letteratura komparata u r-riċerka tiegħu tiffoka fuq l-influwenzi ta’ letteraturi differenti fuq xulxin, il-kitbiet u t-tradizzjonijiet orali tal-Magreb, u fuq iċ-ċinema, il-mużika, u l-immaġinarji postkolonjali. Il-Prof. Yelles studja fl-Universitajiet tal-Algier, Londra (SOAS) u s-Sorbonne (Paris 3). Kemm-il darba għamel taħditiet akkademiċi organizzati mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, fosthom l-ewwel taħdita mis-sensiela dwar It-Tradizzjoni Orali li saret f’Mejju tal-2016.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta