Il-Qtil ta’ Patri Viċenz Grimani

Ritratti tas-seminar meħudin minn Adrian Grima, Yanika Schembri Fava u Nunziella Zahra Giglio.

Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Jannar 2017, bejn is-6.00pm u t-8.00pm, se jsir seminar pubbliku dwar “Il-Qtil ta’ Patri Viċenz Grimani,” bis-sehem ta’ erba’ akkademiċi ewlenin, għannej, u żewġ kitarristi. Dan is-seminar huwa miftuħ għall-pubbliku inġenerali u se jsir fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq. Din il-Librerija tinsab fit-tieni sular tal-bini tal-Arti (Old Humanities), wara t-teatru Temi Zammit. Id-dħul huwa b’xejn u fl-aħħar se jkun hemm bibita.

Dakinhar tas-seminar dwar Il-Qtil ta’ Patri Viċenz Grimani, se jkun hemm il-ktieb Min Qatel il-Patri? għall-bejgħ. Kitba ta’ Marlene Mifsud Chircop u Mark Montebello.

Dan is-seminar jistħarreġ ir-relazzjoni bejn il-qtil brutali ta’ Patri Viċenz Grimani fl-1738 u l-fatt bil-Malti li beda jitgħanna fil-jiem ta’ wara. Fuq il-bażi tal-ktieb storiku-narrattiv Min Qatel il-Patri?, ippubblikat mill-Klabb Kotba Maltin, l-awturi Marlene Mifsud Chircop u Mark Montebello jiddiskutu l-kuntest letterarju, storiku u kulturali ta’ din ir-relazzjoni. Il-kelliema jiddiskutu wkoll x’kien aktarx wassal għall-qtil, x’ġara wara u, fil-kuntest tal-istudji storjografiċi, għala l-ġrajja għadha tista’ tibqa’ interessanti għalina llum. Fis-seminar jieħdu sehem ukoll mill-Università ta’ Malta Dr Bernard Micallef, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, u l-Prof. Carmel Cassar, mill-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura. Matul is-seminar, dan il-fatt se jitgħanna mill-għannej Kalċidon Vella, id-Danny, akkumpanjat mill-prim kitarrist Ronnie Calleja, ir-Ronnie, u kitarrist sekond.

Ħajr lill-Klabb Kotba Maltin tal-għajnuna biex isir dan is-seminar.

Ballata.jpg
Ħajr lil Patri Mark Montebello

Ritratti meħudin minn Kevin Kiomall

Marlene Mifsud Chircop, mill-Mosta, hija riċerkatriċi tal-folklor Malti, għalliema u traduttriċi. Studjat fl-Università ta’ Malta u ħadmet taħt il-gwida tal-folklorista Ġużè Cassar Pullicino u ta’ żewġha, il-folklorista antropoloġiku Ġorġ Mifsud Chircop. Hija ppreżentat dokumentarji kulturali għat-televixin u ħadet sehem f’diversi programmi tar-radju. Ħadet sehem ukoll f’attivitajiet kulturali f’Malta u barra bħala narratriċi u interpretatriċi. Ippreżentat għadd ta’ studji fuq il-folklor u l-għana Malti f’konferenzi f’Malta u barra u ħadet ħsieb il-parteċipazzjoni tal-għannejja u tan-narraturi f’attivitajiet kulturali lokali u barranin. Fl-2014, flimkien ma’ oħrajn, organizzat f’Malta attività kulturali ‘Grimani, min qatlu?’għal Science in the City.

Mark Montebello, minn Tas-Sliema, huwa riċerkatur u għalliem. Huwa patri Dumnikan u saċerdot. Studja l-filosofija f’Malta, l-Italja u Spanja, u jgħallimha fl-Università ta’ Malta u f’istituzzjonijiet oħra ta’ tagħlim avvanzat. Flimkien ma’ oħrajn, fl-2012 waqqaf il-fondazzjoni Philosophy Sharing, li taħdem f’Malta u Għawdex. Għamel ħafna snin ta’ ħidma soċjali fil-Kottonera, fil-ħabs ta’ Kordin u mal-vittmi tal-kriminalità. Huwa l-awtur ta’ madwar tletin ktieb, l-aktar ta’ natura filosofika u kritika. Huwa pijunier tal-istudju tat-tradizzjoni filosofika Maltija, li fuqha ppubblika diversi kitbiet u għallimha fl-Università ta’ Malta. Ippubblika wkoll studji storiċi xjentifiċi, fosthom xogħlijiet fuq ir-riformatur soċjali Manwel Dimech.

Bernard Micallef, attwalment il-kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, jgħallem il-letteratura Maltija, u t-teorija u l-kritika letterarja, u jmexxi teżijiet fil-livelli kollha. Mir-riċerka tiegħu fuq l-eżistenzjaliżmu fil-poeżija ta’ Philip Sciberras fil-livell ta’ MA, baqa’ jispeċjalizza fl-ermenewtika u l-kritika tar-rispons tal-qarrejja. Ippreżenta studji fuq awturi Maltin u barranin f’għadd ta’ konferenzi barra minn Malta, fosthom tliet konferenzi fl-Università ta’ Harvard bħala mistieden tal-World Phenomenology Institute. Dawn it-taħditiet ġew ippubblikati fis-sensiela Analecta Husserliana (Springer). Micallef ippreżenta studji oħra f’konferenzi Ewropej, li ġew ippubblikati f’rivisti ewlenin.fosthom studju fuq il-ħassieb Hans-Georg Gadamer. Micallef kiteb l-introduzzjoni għal ġabriet ta’ poeżiji ta’ Maria Grech Ganado u ta’ Philip Sciberras.

Carmel Cassar huwa Professur Assoċjat tal-Istorja Kulturali fl-Istitut tat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura fl-Università ta’ Malta. Ippubblika ħafna xogħlijiet fuq il-Kultura u l-Istorja Maltija u Mediterranja. Huwa l-awtur ta’ Honour and Shame in the Mediterranean (2003), Daughters of Eve. Women, gender roles and the Impact of the Council of Trent in Catholic Malta (2002), A Concise History of Malta (2000, 2002), Sex, Magic and the Periwinkle (2000), Society, Culture and Identity in Early Modern Malta (2000), Witchcraft, Sorcery and the Inquisition (1996) u Fenkata: an emblem of Maltese Peasant Resistance? (1994). Il-pubblikazzjonijiet  ta’ Cassar dehru f’rivisti akkademiċi fl-Italja, Franza, Spanja, il-Bulgarija, it-Tuneżija, l-Istati Uniti tal-Amerika, u Malta. Huwa ċ-Chairman tal-Culinary Culture Research Programme fl-Università ta’ Malta.

minqatelpatr1.jpg


ENGLISH version

The seminar explores the relationship between the brutal murder of Padre Vincenzo Grimani in 1738 and the Maltese ballad sung in the days following the murder. On the basis of the historical narrative Min qatel il-patri? (a Klabb Kotba Maltin publication), authors Marlene Mifsud Chircop and Mark Montebello discuss the literary, historical and cultural context of this relationship. They also discuss what led to the crime, what followed and, within the context of historiographic studies, why the event is still of interest to us. Also taking part in the seminar are Dr Bernard Micallef, Head of the Department of Maltese and Prof. Carmel Cassar from the Institute of Tourism, Travel and Culture of the University of Malta.

marlene-mifsud-chircop-tradizzjoni-orali
Marlene Mifsud Chircop

Marlene Mifsud Chircop of Mosta is a researcher of Maltese folklore, teacher, storyteller and translator. She studied at the University of Malta under the guidance of folklorist Ġużè Cassar Pullicino and later of her late husband anthropological folklorist Ġorġ Mifsud Chircop. She co-produced and presented two series of thirteen cultural documentaries for television and another two series for Voice of the Mediterranean. She co-organised and took part in several cultural activities locally and abroad as narrator and interpreter. She has presented papers on folklore and Maltese folksinging in conferences in Malta and in international conferences abroad. In 2014 she co-produced Grimani Min Qatlu? for Science in the City.

mark montebello.png
Fr Mark Montebello

Mark Montebello of Sliema, researcher and lecturer, is a Dominican priest. He studied philosophy in Malta, Italy and Spain and teaches the subject at the University of Malta and other institutions for advanced learning. Together with others, in 2012, he set up the foundation for Philosophy Sharing, which functions in Malta and Gozo. For many years,he took part in social work in Cottonera, Cordin prisons and with victims of crime. He authored some thirty books, mostly philosophical and critical. He pioneered the study of Maltese philosophical tradition, about which he published several writings and taught the subject at the University of Malta. He also published scientific historical studies, among which on social reformer Manwel Dimech.

carmel-cassar_times-of-malta.jpg
Prof. Carmel Cassar (The Times of Malta)

Carmel Cassar Ph.D (Cantab), M.Phil (Cantab), BA, FRHist.S (Lond), FCCS, is Associate Professor of Cultural History at the Institute for Tourism, Travel and Culture of the University of Malta. Carmel Cassar has published extensively on Maltese and Mediterranean culture and history. His books include: Society, Culture and Identity in Early Modern Malta (2000); A Concise History of Malta (2000, 2002); Daughters of Eve. Women, Gender Roles, and the Impact of the Council of Trent in Catholic Malta (2002); Honour & Shame in the Mediterranean (2003); Witchcraft, Sorcery and the Inquisition (1996); Sex, Magic and the Periwinkle (2000); and Fenkata. An Emblem of Maltese Peasant Resistance? (1994). His publications have appeared in learned journals in Italy, Britain, France, Spain, Bulgaria, Tunisia, the USA and Malta. Cassar is Chairman of the Culinary Culture Research Programme at the University of Malta.

bernard_micallef_illum.jpg

Dr Bernard Micallef, is head of the Department of Maltese in the Faculty of Arts of the University of Malta. He teaches Maltese literature, and literary theory and criticism and supervizes dissertations at all levels. His areas of specialization are hermeneutics and reader response criticism. He has read papers about Maltese and foreign writers at conferences in Malta and abroad, including three conferences at the University of Harvard as a guest of the World Phenomenology Institute. His papers have been published in the series Analecta Husserliana (Springer). Dr Micallef has also read papers, including one about the work of Hans-Georg Gadamer, at conferences in Europe which have been published in leading journals. Micallef is the author of a number of books and studies, including critical introductions to the poetry of Maria Grech Ganado and Philip Sciberras.