Michael Deguara

Michael Deguara għamel riċerka dwar il-parteċipazzjoni tal-komunità u l-aċċessibilità fil-Programm Valletta 2018.  Minħabba li jbati b’kurżità qawwija dwar l-istramberija tal-prattika soċjali, Michael studja l-Antropoloġija fl-Università ta’ Malta u ggradwa b’teżi dwar persuni bla dar.  Fl-2007, temm b’suċċess MPhil fl-Analiżi Antropoloġika Soċjali fl-Università ta’ Cambridge, fejn studja l-qawmien ta’ interess popolari fil-mużika, żfin u ritwali ta’ fejqan tradizzjonali fl-Italja ta’ isfel.  Din ir-riċerka tħares lejn kif avvenimenti kulturali jiġġeneraw sens ta’ “riflessività soċjali”, fejn persuni joħolqu identitajiet permezz tar-riflessjoni u l-kritika.

Michael preżentament jaħdem fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol u jgħallem fl-Università ta’ Malta.  Huwa wkoll involut f’kampanji favur il-ħarsien ta’ wirt arkeoloġiku.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta