Rita Saliba

Rita Saliba hija kittieba magħrufa għal-letteratura għat-tfal u għall-adolexxenti. Madankollu, tħobb tikteb ukoll għall-adulti.

Hija rebħet il-Konkors Nazzjonali ta’ kitba għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti tliet darbiet bir-rumanzi tagħha Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) u Il-Kulur tal-lellux (2016). Ħarġet l-ewwel ġabra ta’ novelli tagħha, Satin, fl-2014 (innominat għall-Premju tal-Ktieb). Ġabra oħra ta’ novelli, Damask, ħarġet fis-sajf tal-2017, u l-aħħar ġabra tagħha ta’ novelli għall-adulti, Ħjut ħarġet fl-2018. Dan l-aħħar ħarġu wkoll l-ewwel tliet kotba mis-sensiela dwar karattru simpatku, Gabrijel irid misluta, Gabrijel u t-tikek u Il-flokk tar-rokit (2018).

Saliba rebħet it-tieni premju fil-kategorija Poeżiji bl-Ingliż u kisbet ir-raba’ post fil-kategorija Poeżiji bil-Malti, f’konkors imniedi mill-Għaqda Poeti Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-festival tal-ktieb tal-2018.

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta