Mudell ta’ Forn Tradizzjonali Malti

Ġużeppi Ellul, il-Boqboq, trabba, u ħadem għal numru sew ta’ snin fil-forn tal-familja tiegħu ġewwa Ħal Qormi.  Maż-żmien, bħala delizzju, irnexxielu jibni mudell ta’ kif ikun forn tradizzjonali Malti, armat b’kollox, u niżżel l-ismijiet bil-Malti tal-għodda u l-apparat kollu.  Dan hu filmat ta’ kif inhu mfassal dan il-mudell:  Il-Forn ta’ Żeppi l-Boqq Boqq

Ir-ritratti ttieħdu minn iben Ġużeppi – Ivan Ellul

Ħajr lil Ivan Ellul u Ġużi Gatt

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta