Il-Ħrejjef ta’ Ġaħan u l-Irrakkuntar Tagħhom

Nhar it-Tlieta 30 ta’ Jannar, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, ir-riċerkatriċi Marlene Mifsud se tagħmel taħdita fuq “Il-Ħrejjef ta’ Ġaħan u l-Irrakkuntar Tagħhom“. Din it-taħdita, it-tnax-il waħda mis-sensiela dwar It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università, hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn. Dan il-proġett għandu l-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin.

Fl-ewwel parti tat-taħdita, Marlene Mifsud Chircop sa tagħti daqqa t’għajn lejn min ġabar il-ħrejjef ta’ Ġaħan, bħal Hans Stumme u Ġużè Cassar Pullicino, u dak li ġa ġie studjat mill-ħrejjef ta’ Ġaħan, l-iżjed minn Ġorġ Mifsud Chircop, u reċentement minn Elena Tanti Burlò. Imbagħad sa tiddiskuti xi elementi oħra li baqgħu ma ntmessewx mill-istudjużi, fosthom l-awtiżmu, in-nuqqas tal-vista, il-figura tal-ġenituri kritiċi żżejjed jew protettivi żżejjed, il-bestjalità, u l-karattri li jixbhu lil Ġaħan fost il-kleru u fi praspar oħra bħal ta’ Kemużell li ġabret Bertha Ilg. Il-kelliema sa tiddiskuti wkoll varjanti tal-ħrafa li rrakkuntat Anġla Mifsud, iċ-Ċalija.

marlene-mifsud-chircop-tradizzjoni-orali

Marlene Mifsud Chircop, għalliema u riċerkatriċi indipendenti, ħadmet mal-folklorista Ġuże Cassar Pullicino u mal-mejjet żewġha, il-folklorista antropoloġiku Ġorġ Mifsud Chircop. Wara l-ewwel teżi tagħha “Il-Folklor fir- Rumanz Storiku/Romantiku Malti” (1972) u t-tieni “A Motif-Index of the Maltese Folktale” għall-M.A., kompliet bir-riċerka fin-narrattiva popolari, fl-irrakkuntar u fl-għana Malti, illum il-ġurnata b’mod speċjali l-element kulturali u soċjali fl-għana tal-fatt.

Flimkien ma’ żewġha, ipproduċiet u ppreżentat 26 dokumentarju kulturali ta’ 45 minuta għat-televixin: Ix-xogħol Waħdu Jurik u Fuq Għajnejk (1996, 2001, Dir. Alvin Scicluna) u għar-radju Maltese Folklore in the Modern World (2000) u A Folk Festival in Malta (2003). Interpretat u ttraduċiet kemm-il darba l-għana u l-irrakkuntar waqt festivals Malta u barra.

Ħadet sehem f’konferenzi Malta u barra, fejn ippreżentat fost l-oħrajn “Mnarja – a Midsummer’s Festival in Contemporary Malta” (Gothenburg 2006), “Maltese Folk Narrative” (Isle of Bute 2011), “Good Friday Processions in Contemporary Malta” (Innsbruck 2014), “The First Ten Years of the Maltese Folk singing Festival” (Malta 2014), The Development of Maltese Ballads (Malta 2014). Barra diversi sessjonijiet tal-għana u tal-irrakkuntar, kemm f’Malta kif ukoll barra, ideat u koorganizzat l-attivita kulturali “Grimani Min Qatlu?” għal Science in the City (Malta 2014).

Fl-2016 Marlene Mifsud Chircop ħarġet il-ktieb Min Qatel il-Patri? (Klabb Kotba Maltin) mar-Rev. Dr Mark Montebello.


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s