Il-Fondazzjoni M3P u l-ġbir tal-istejjer orali

Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Ottubru 2016, fis-7.00pm, se ssir taħdita pubblika minn Dr Toni Sant dwar “Il-Ħidma tal-Fondazzjoni M3P fuq ġbir u preservazzjoni ta’ stejjer orali” fi Spazju Kreattiv, Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta.

800px-sammy_murgo_tribute_2016-05-13_21-36-12Omaġġ lil Sammy Murgo

Din hija t-tielet taħdita bħala parti mill-proġett tat-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università. Din l-attività qed tittella’ bi sħab ma’ Spazju Kreattiv u l-Fondazzjoni M3P. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn.

m3p_fulltext_300Sa minn meta twaqqfet fl-2010, il-Fondazzjoni M3P esplorat modi ta’ kif il-ġbir ta’ xhieda tal-fomm permezz tal-hekk imsejħa “stejjer orali” tista’ tkun parti essenzjali mill-ħidma tagħha. L-għan ewlieni ta’ din il-Fondazzjoni huwa l-preservazzjoni ta’ memorji dwar l-oqsma kollha tal-kreattività u dak kollu li jmiss magħhom. F’din it-taħdita, Toni Sant jitkellem dwar id-diversi modi li bihom il-Fondazzjoni esplorat il-ġbir u l-preservazzjoni ta’ stejjer orali matul is-snin, inkluż xogħol fuq il-familja ta’ Doreen u Sammy Galea, Paul Asciak, Freddie Mizzi, Damian u Francis Ebejer, u Sammy Murgo. Jingħata wkoll tagħrif dwar il-ħidma attwali li għaddejja f’dan il-qasam minn membri ta’ din l-organizzazzjoni, partikolarment f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, u tintwera xhieda ta’ dan il-patrimonju.

spazju-kreattiv-colour1Dr Toni Sant huwa d-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv li jopera mill-Kavallier ta’ San Ġakbu u l-President Fundatur tal-Fondazzjoni M3P li ilha taħdem fil-qasam tal-preservazzjoni tal-memorja fuq wirt intanġibbli sa mill-2010. Wara bosta snin bħala xandar professjonali, il-karriera akkademika tiegħu fl-aħħar għorxin sena torbot ma’ ħdima fi New York u fir-Renju Unit. Il-kitbiet tiegħu jinkludi l-kotba Franklin Furnace and the Spirit of the Avantgarde: A HIstory of Future (ippubblikat minn University of Chicago Press fl-2011) u Remembering Rediffusion in Malta: A History Without Future (Midsea Books, 2016). Il-ktieb li qed jaħdem fuqu bħalissa jismu Documenting Performance: The Context and Processes of Digital Curation u se jinħareġ md-dar tal-pubblikazzjoni Bloomsbury f’Londra għall-bidu tal-2017.

It-Tradizzjoni Orali

It-tliet koordinaturi ta’ dan il-proġett fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti tal-Università huma Dr Adrian Grima, il-Prof. Manwel Mifsud, u Dr Michael Spagnol. Dan il-proġett għandu l-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s