Il-Makkejtta: Riċetta Maltija għall-Buri u l-Geddum

Nhar it-Tlieta, 13 ta’ April 2021, fis-6.00pm, Kurt Slattery, “Il-Makkjetta: Riċetta Maltija għall-Buri u l-Geddum” fuq Zoom. Biex tidħol issegwi din it-taħdita agħfas fuq din il-ħolqa: https://universityofmalta.zoom.us/j/91402533643

Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Minkejja li l-makkjetta Maltija tidher li ħarġet mit-teatru popolari Taljan, ħadd ma jista’ jiċħad li xi għamliet tal-makkjetta Maltija ivarjaw bil-kbir min-normi stabbiliti tal-makkjetta Taljana. Dan jista’ jfisser li f’Malta l-makkjetta kellha żvilupp oriġinali u awtonomu, b’influwenzi lokali u bil-ġenju kreattiv tal-artisti Maltin li ħaddmuha u żviluppawha. Maż-żmien il-makkjetta Maltija ntrabtu magħha ċertu elementi. Wieħed mill-aktar elementi importanti hu li l-makkjetta ma tistax tibqa’ biss poeżija miktuba fuq karta, immtrid tinqala’ minn hemm u tiġi maħduma u rreċtata quddiem udjenza. Dan dejjem b’doża ħelwa ta’ umoriżmu. 
 
Din it-taħdita se tiffoka kif il-makkjetta Maltija daħlet fiż-żewġ divertimenti kbar li kienu jeżistu f’Malta fis-seklu għoxrin: it-teatru popolari (it-teatrin) u l-għana. Ma jonqosx ukoll li jinstemgħu xi żewġ makkjetti mill-bravi Charles Clews, Fredu Spiteri l-Lavarist u Fredu Abela l-Bamboċċu.
 
 
 
 
Kurt Slattery studja l-Malti fl-Università ta’ Malta u kiteb it-teżi tal-baċċellerat bit-titlu “Il-Makkjetta: Riċetta Maltija għall-Buri u l-Geddum”. Wara kompla bl-istudju tiegħu dwar il-Pedagoġija fit-Tagħlim tal-Malti fis-sekondarja. Għallem diversi snin tas-sekondarja u studenti adulti fil-klassijiet tat-Tagħlim Matul is-Snin tal-Ħajja. Bħalissa jgħallem fl-iskola Medja fil-Kuleġġ San Injazju tal-Ħandaq .
 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s